MariaGrech Ganado

1.

Bijografija

Bħala bint mara li titkellem bl-Ingliż u raġel li jitkellem bit-Taljan, Maria Grech Ganado kibret maqbuda fil-kwistjoni tal-lingwa li tħabbat lill-kittieba Maltin kollha, imma hi rnexxielha tibdel l-ansjetajiet li ġabet magħha din il-kwistjoni f’ħila poetika li saħansitra rebbħitha l-premji. Bdiet bil-ġabra Iżda Mhux Biss (1999) u kompliet bil-ġabra Skont Eva (2001).

Mur fil-biblijografija

Ippubblikat Ribcage mad-dar tal-pubblikazzjoni alternattiva Minima fl-2003, u hekk għamlet id-debutt tagħha bl-Ingliż, imma l-pubblikazzjonijiet paralleli Fil-Ħofra Bejn Spallejha u Cracked Canvas (it-tnejn fl-2005) forsi huma l-aktar li jixhdu l-bilingwiżmu kbir u mħarreġ tagħha. Grech Ganado sikwit qalet, “L-Ingliż għandu vokabularju akbar, imma l-Malti hu aktar rikk – id-double entendre qiegħda fina.”

Ma nistgħux ma nikkummentawx fuq il-kontribut ta’ Grech Ganado fejn tidħol l-ugwaljanza bejn is-sessi fix-xena letterarja. Barra milli hija awtriċi femminili prominenti f’xena li għad għandha maġġoranza ta’ rappreżentazzjoni maskili minkejja l-iżviluppi fis-snin riċenti, hija wkoll magħrufa bħala l-ewwel lekċerer mara full-time fl-Università ta’ Malta. Kienet tgħallem fid-Dipartiment tal-Ingliż mill-1968 sal-1972 wara li studjat l-Ingliż fl-universitajiet ta’ Malta, ta’ Cambridge u ta’ Heidelberg.

Din ma kinitx l-unika darba li Grech Ganado naqqxet isimha fl-istorja, peress li xogħolha laħaq udjenzi barranin billi ġie tradott għall-Franċiż, għat-Taljan, għall-Ġermaniż, għall-Grieg, għall-Ispanjol, għat-Tork, għall-Għarbi, għal-Litwan, għall-Finlandiż, għaċ-Ċek, għall-Katalan, għall-Islovakk, għall-Ungeriż, għall-Olandiż u għall-Armen. Grech Ganado kienet essenzjali wkoll għar-relazzjoni kontinwa u fejjieda bejn Literature Across Frontiers (LAF) u l-għaqda volontarja letterarja Inizjamed. Din ir-relazzjoni kellha sehem biex il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta sar dak li hu llum: appuntament annwali prestiġġjuż fil-kalendarju kulturali Malti, imsaħħaħ b’għażla eklettika ta’ mistednin lokali u internazzjonali.

U bl-antoloġija tagħha Framed (Merlin Publishers, 2018), Grech Ganado kkonvinċiet lil waħda mill-aktar djar tal-pubblikazzjoni prominenti f’Malta biex toħroġ ġabra tal-poeżiji għall-ewwel darba fl-istorja twila tagħha, u b’hekk għamlet preċedent siewi għal ġeneru li ma kienx jitqies li jħalli profitt.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ifformalizza l-istatus ta’ Grech Ganado bħala waħda mill-poeti ewlenin f’Malta darba wara oħra. Wara li rebħet il-premju ewlieni tal-Kunsill għall-ġabriet tagħha Iżda Mhux Biss, Cracked Canvas u Taħt il-Kpiepel t’Għajnejja (Klabb Kotba Maltin), fl-2015 hija ngħatat il-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Letteratura mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għas-sehem konsiderevoli tagħha fil-letteratura Maltija u fis-settur tal-ktieb. Grech Ganado ħadet ukoll il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika ta’ Malta fis-sena 2000.

Miktuba minn Teodor Reljić u maqluba għall-Malti minn Sephora Francalanza

2.

Biblijografija

Tinżel b’subgħajk

f’“Wiċċna”
Proża
Malti
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Maria Grech Ganado
Pubblikazzjoni
Ede Books, Malta

Framed

Poeżija
Ingliż
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta
Xogħlijiet marbuta

Ոգի-Նաիրի

Poeżija
Armen
Kitba
Traduzzjoni
Christine Kocharyan
Pubblikazzjoni
Vogi Nairi Centre, l-Armenja

Għażla ta' poeżiji / Selection of poems

Poeżija
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
Odyssey.pm

"De Sint-Joaris Passy"

"Il-Passjoni ta’ San Ġorġ"
Poeżija
Olandiż
Kitba
Traduzzjoni
Hein Jaap Hilarides
Pubblikazzjoni
Ensafh, in-Netherlands

The Play of Waves

Il-logħob tal-mewġ
Poeżija
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Maurice RiordanMaria Grech Ganado
Pubblikazzjoni
Arc Publications, ir-Renju Unit

"Cell"

Poeżija
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
Massachusetts Review, l-Istati Uniti tal-Amerka

Taħt il-Kpiepel t'Għajnejja

Poeżija
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta
Xogħlijiet marbuta

"Wonderland"

Poeżija
Ingliż
Kitba
Editjar
Lawrence Schimel
Pubblikazzjoni
Eye to the Telescope, l-Istati Uniti tal-Amerka

Sekonda qabel tqum

Poeżija
Malti
Ingliż
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Traduzzjoni
Mark Anthony FenechAlbert GattMaria Grech GanadoAntoine Cassar
Pubblikazzjoni
Edizzjoni Skarta, Malta

“Storm” & “Exil/Asile”

fi “Transcript 38”
Poeżija
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Maria Grech Ganado
Pubblikazzjoni
Transcript, Wales

“The Passion of St George” & “Tin Can”

fi “Transcript 38”
Poeżija
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
Transcript, Wales

“Portion”, “Tapping” & “Déjà Vu”

f’“The Visitors”
Poeżija
Ingliż
Kitba
Editjar
Rowan Fortune-Wood
Pubblikazzjoni
Cinnamon Press, ir-Renju Unit

Għażla ta' poeżiji / Selection of poems

Poeżija
Franċiż
Kitba
Editjar
Philippe Demeron
Pubblikazzjoni
Les Citadelles, Franza

"Volta"

Poeżija
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Maria Grech Ganado
Pubblikazzjoni
The International Literary Quarterly, ir-Renju Unit

"Rhythm"

f’“Mint Sauce & other stories & poems”
Poeżija
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
Cinnamon Press, ir-Renju Unit

The Drunken Boat (Special Issue: Malta)

Kordinatriċi
Poeżija
Ingliż
Editjar
Rebecca Seiferle
Pubblikazzjoni
The Drunken Boat, l-Istati Uniti tal-Amerka

Poland Pictures

Poeżija
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Maria Grech Ganado
Pubblikazzjoni
Edizzjoni Skarta, Malta

Happy Weekend

Proża
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Rosemary CaruanaMary DarmaninAlbert GattMaria Grech Ganado
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta
Xogħlijiet marbuta

Fundjavë e lumtur

Proża
Maċedonjan
Kitba
Traduzzjoni
Florija NeziriRosemary CaruanaMary DarmaninAlbert GattMaria Grech Ganado
Pubblikazzjoni
Shkupi, il-Maċedonja

Cracked Canvas

Poeżija
Ingliż
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
L-Awtriċi

km

Poeżija
Malti
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Maria Grech Ganado
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta

Fil-Ħofra Bejn Spallejha

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtriċi

Memory Rape

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Inizjamed u Midsea Books, Malta

Stay, Fairy Tale, Stay! Memoirs of a City Cast Adrift

Poeżija
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Maria Grech Ganado
Pubblikazzjoni
Inizjamed u Klabb Kotba Maltin, Malta

water, fire, earth and i

Poeżija
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Maria Grech Ganado
Pubblikazzjoni
Inizjamed u Midsea Books, Malta

“Stranger” & “Email to Mehmet Yashin”

Poeżija
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
Cadences, Ċipru

Ribcage

Poeżija
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
Minima, Malta

Skond Eva

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtriċi

Iżda Mhux Biss

Poeżija
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
L-Awtriċi
Xogħlijiet marbuta

"Larinġa"

Poeżija
Franċiż
Kitba
Traduzzjoni
Nadia Mifsud
Pubblikazzjoni
Voix Vives, Franza

Għażla ta' poeżiji / Selection of poems

f'"Ilħna Mkissra"
Poeżija
Malti
Kitba
Editjar
Peter Serracino Inglott
Pubblikazzjoni
Bugelli, Malta
Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies