Għal prassi aħjar fis-settur letterarju u l-industrija tal-pubblikazzjoni

Aqra l-aħbar

Is-settur letterarju u l-industrija tal-pubblikazzjoni lokali huma kontributur ewlieni għat-tisħiħ tal-kultura, tal-identità u tad-demokrazija f’Malta u Għawdex. Is-settur huwa msejjes fuq il-ħidma ta’ negozji u attivitajiet ekonomiċi diversi li jaqdu l-bżonnijiet varji tal-konsumatur lokali, minn kotba tal-iskola sa letteratura għall-kbar, intrapriżi li jħaddmu għadd ġmielu ta’ professjonisti li l-għajxien tagħhom jiddependi mill-pubblikazzjoni. Dawn huma l-premessi li fuqhom Fondazzjoni HELA tibbaża x-xogħol kollu li tagħmel, ħidma b’viżjoni u implikazzjonijiet wiesgħa u trasversali.

Viżjoni ħolistika għal-letteratura Maltija

Aqra l-aħbar

Fil-ġimgħat li ġejjin, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK), se jniedi l-konsultazzjoni pubblika għal strateġija nazzjonali għas-settur letterarju u l-industrija tal-pubblikazzjoni. Din hija l-ewwel strateġija ta’ dan it-tip għas-settur u l-aspettattivi huma konsiderevoli. Il-kittieba u l-pubblikaturi, l-aġenti ewlenin, jeħtieġu u jixirqilhom salvagwardji li jiggarantulhom tisħiħ u rikonoxximent għall-ħiliet u l-investiment tagħhom biex ikomplu jaqdu l-qarrejja u l-klijenti tagħhom.

Ħarġet it-tielet gazzetta letterarja!

Aqra l-aħbar

Ħarġet it-tielet gazzetta letterarja!

Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies