CharlesCasha

1.

Bijografija

Charles Casha hu magħruf għar-rumanzi, stejjer qosra u poeżiji li jesploraw il-qagħda umana. Il-poeżija ta’ Casha, għalkemm qasira u aċċessibbli, hi profonda u ta’ natura spiritwali. Kiteb għal nies ta’ kull età u magħruf għall-karattru ikoniku Fra Mudest fil-letteratura tat-tfal.

Mur fil-biblijografija

Casha twieled il-Marsa fl-1943. Attenda l-Liċeo u fl-Università ta’ Malta studja l-Malti u dak li għandu x’jaqsam mal-bibljoteka u l-libreriji. Wara esperjenza ta’ aktar minn erbgħin sena fl-edukazzjoni, huwa jiġi ispirat miż-żmien li għamel jgħallem f’diversi skejjel. Fl-2013 ippubblika l-awtobijografija Jien Ukoll Għandi Storja Xi Ngħid. Uħud mill-kotba tiegħu ġew inklużi f’libreriji barranin, fosthom il-Librerija Reġjonali ta’ Cambridgeu l-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Franza.

Ħafna minn xogħol Casha hu didattiku fl-essenza tiegħu, b’ċerti karattri bħal dik tal-prostituta, jidhru b’mod frekwenti fl-istejjer għaż-żgħażagħ u l-adulti. Donnu hemm dejjem dan is-sens ta’ obbligazzjoni morali fix-xogħlijiet ta’ Casha, bl-intenzjoni implikata li l-affarijiet jimxu kif suppost waqt li jiddefendi l-vulnerabbiltà tat-tfal. Hu awtur konxju mir-responsabbiltajiet tiegħu u jirrifletti ħafna fuq kif kitbietu qed tħalli impatt fuq il-komunità Maltija.

Fil-poeżija ta’ Casha l-qarrej jista’ japprezza r-relazzjoni ta’ mħabba-mibegħda bejn l-elementi, b’mod partikolari l-baħar/l-ilma. Casha jattribwixxi dawn il-ħsus kontradittorji għall-biża’ li wiret minn storja li kienet tgħidlu ommu dwar il-mewt traġika ta’ qarib tagħhom li miet f’maltempata. Ħsus ta’ mħabba, stagħġib u inċertezzi minħabba n-natura imprevedibbli tal-baħar jistgħu jiġu esperjenzati fil-poeżiji tiegħu, fosthom Il-Baħar”, “Qalb il-Mewġ” (it-tnejn insibuhom fil-ġabra Riflessi tal-2014) kif ukoll “Burraxka” (li nsibuha f’Mumenti tal-2013), fejn jiddeskrivi l-istraġi li l-maltemp iħalli warajh.

Xogħlijiet li Casha nnifsu jħosshom importanti huma L-Appartment fir-Raba’ Sular (2004)u Il-Ktieb ta’ Barabba (2010). F’L-Appartament fir-Raba’ Sular insibu t-teknika ta’ storja fi ħdan storja oħra, b’diversi narrattivi jingħaqdu u jaffettwaw lil xulxin. Dan ir-rumanz ġie tradott għall-Ingliż (Papers in a Tin Box) minn Joan Mallia kif ukoll għall-Albaniż minn Anisa Trifoni. F’Il-Ktieb ta’ Barabba niltaqgħu ma’ mara li qed tieħu ħsieb raġel li ġie mwarrab mis-soċjetà. Hemm diversi mumenti fejn il-qarrejja jistaqsu x’inhu t-tajjeb u x’inhu l-ħażin, imma hemm mumenti wkoll fejn il-qarrejja jempatizzaw mal-karattri kollha. Il-Ktieb ta’ Barabba ġie tradott għall-Ingliż, (Fateful Encounters), minn Martin Bugelli.

Casha juża l-letteratura biex jaqsam ħsibijietu, it-twemmin, id-dubji, dak li jħassbu u dak li jħoss li hu ideali. Il-karattri jsiru mezz ta’ kif il-qarrejja jifhmu aħjar l-aġir tal-bniedem, it-tifsira u l-iskop tal-ħajja, kif ukoll iċ-ċikli tal-ħajja u l-mewt.

Bijografija miktuba minn Ruth Bezzina u maqluba għall-Malti minn Keith Borg

2.

Biblijografija

Disgħin Minuta

Proża
Malti
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin

The Swans at St Ives

Iċ-Ċinji ta' St Ives
Proża
Ingliż
Traduzzjoni
Martin Bugelli
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin

Fid-Dar tal-Kantuniera

Proża
Malti
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin

Il-Baħri

Proża
Malti
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin

L-ewwel darba li ħassejtek

Proża
Malti
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin

Ktieb għal Barabba

Proża
Malti
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin
Xogħlijiet marbuta

Fateful Encounters

Ktieb għal Barabba
Proża
Ingliż
Traduzzjoni
Martin Bugelli
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin

Martina@chat.com

Proża
Malti
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin

Il-Prinċep u t-Trogloditi

Proża
Malti
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin

Burraxki

Proża
Malti
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin

L-appartament fir-raba' sular

Proża
Malti
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin
Xogħlijiet marbuta

Apartamenti në katin e katërt

L-appartament fir-raba' sular
Proża
Albaniż
Traduzzjoni
Pubblikazzjoni
Ombra Gvg

Papers in a tin box

L-appartament fir-raba' sular
Proża
Ingliż
Traduzzjoni
Joan Mallia
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin

Ktieb għal Amy

Proża
Malti
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin
Xogħlijiet marbuta

A Book for Amy

Ktieb għal Amy
Proża
Ingliż
Traduzzjoni
Martin Bugelli
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin

L-10 Anniversarju

Proża
Malti
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin

Minn bejn il-Kwinti

Skritt tat-teatru
Malti
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin

Is-Seħer tat-Tempju

Proża
Malti
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin

Stefan

Proża
Malti
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin

Kolin

Proża
Ingliż
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin

L-Għalqa fuq il-Għolja

Proża
Malti
Pubblikazzjoni
Librerija popolari "It-Torċa"
Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies