TrevorŻahra

1.

Bijografija

L-awtur, għalliem u drammaturgu Trevor Żahra, imwieled fl-1947, aktarx huwa l-uniku kittieb Malti li nistgħu ngħidu li jafu kulħadd. Minn meta ħareġ ir-rakkont t’avventura Il-Pulena tad-Deheb fl-1971, huwa kiteb madwar 130 ktieb ta’ ġeneri u tipi varji, li jappellaw għal kull età.

Mur fil-biblijografija

Beda bħala edukatur u mbagħad xandar, imbagħad ippubblika l-ewwel ġabra tal-poeżija, Eden, fl-1972, għalkemm ix-xogħlijiet poetiċi tiegħu kienu diġà dehru f’xi rivisti bħal Children’s Own u Il-Berqa. Apparti x-xogħlijiet kreattivi tiegħu, Żahra ppubblika wkoll l-ewwel kotba tat-taħriġ tal-Malti għal studenti żgħar, u b’hekk kompla jsaħħaħ l-irwol tiegħu ta’ leħen għall-ilsien Malti - irwol li sar sinonimu miegħu.

Għalkemm il-ħafna xogħlijiet tiegħu għall-qarrejja żgħar jissuġġerixxu ċerta naturalezza, id-diqa jew l-uġigħ qajla nistgħu naqtgħuhom mill-kompetenzi tal-awtur. Eżempju ta’ dan huwa l-ktieb kommoventi Stella, Jien u Hu (Merlin Publishers, 1990), dwar it-telfa ta’ Stella, l-għażiża martu, u eżempju ieħor, għalkemm aktar ferrieħi, huwa l-ktieb Il-Ħajja Sigrieta tan-Nanna Ġenoveffa (Merlin Publishers, 2008), li nbiegħ fuq li nbiegħ. Dan il-ktieb jgħaqqad l-għażla wiesgħa ta’ talenti tal-awtur: imsejjes fin-nostalġija għal Malta tal-passat li x-xbieki kolonjali u klerikali tagħha jintużaw għall-valur estetiku u ħlejju tagħhom, dan ir-rumanz qsajjar issa jista’ jinqara bħala bijografija fittizja li tixħet dawl pożittiv fuq is-sess u li, b’ċertu gost, tesprimi x-xewqat erotiċi femminili. Il-bażi universali - megħjuna minn affarijiet speċifiċi ta’ dak il-perjodu u mil-lat malinkoniku li jżomm lill-ktieb milli jaqa’ fit-trivjalità - hija possibbilment dik il-ħaġa li wasslet sabiex dan ix-xogħol jiġi tradott f’għadd ta’ lingwi, inkluż adattament għall-palk. Ġenoveffa ġie ppubblikat bl-Ingliż, bil-Franċiż, bir-Russu u bin-Norveġiż, u l-addattament teatrali tiegħu, miktub minn Żahra nnifsu u mtella’ minn Unifaun Theatre b’Marta Vella bħala n-Nanna Ġenoveffa, mela s-sala mill-ewwel sal-aħħar lejl li ttella’ fuq il-palk fl-2013.

U l-vulgarità li hija ftit imtappna permezz tal-lenti nostalġika f’Ġenoveffa toħroġ b’mod ħafna aktar espliċitu fil-kollaborazzjoni l-oħra bejn Żahra u Unifaun Theatre, Minn Wara ż-Żipp (2014), dramm li jiffoka fuq eżaminazzjoni franka u umoristika tal-imġiba karatteristika tal-irġiel (Maltin) fejn għandu x’jaqsam is-sess. Intant, ix-xogħol teatrali ta’ Żahra tal-2018, Il-Madonna Tiegħi Aħjar Minn Tiegħek – produzzjoni mużikali li ttellgħet ma’ Teatru Malta, kompla jikkonferma post Żahra bħala l-aqwa rakkontatur tal-gżira, li f’dan ix-xogħol mess mat-tribaliżmu reliġjuż storbjuż tal-festi tal-irħula Maltin u l-każini tagħhom.

Illum irtirat mit-tagħlim, Żahra jkompli jiddedika lilu nnifsu lix-xogħol letterarju tiegħu fuq bażi full-time, wara li saħħaħ ir-relazzjoni twila u fejjieda tiegħu ma’ Merlin Publishers b’serje regolari ta’ ġabriet ta’ novelli u antoloġiji mill-2010 ’l hawn.

Trevor Żahra rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għal tmintax-il darba, u fl-2004 ingħata l-Midalja tal-Mertu mill-President tar-Repubblika. Huwa kien ukoll ir-Raġel tas-Sena ta’ Johnnie Walker fil-kategorija tal-Arti u d-Divertiment fl-2008, u rebaħ il-Midalja tad-Deheb mill-Akkademja tal-Arti (2012) u Ġieħ l-Akkademja mogħti lilu mill-Akkademja tal-Malti (2018).

Miktuba minn Teodor Reljić u maqluba għall-Malti minn Sephora Francalanza

2.

Biblijografija

Serje ta’ kotba ta’ Ġiġi

Ktieb bl-istampi
Malti
Traduzzjoni
Trevor Żahra
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Serje ta’ ħrejjef tradizzjonali (Ladybird)

Ktieb bl-istampi
Malti
Traduzzjoni
Trevor Żahra
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Sempreviva

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Ħadd ma Jista’ Jisgħol jew Jagħtas fil-Pubbliku

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Il-Misteru tas-Sur Spir Spiteri

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Iva, nasal!

Serje ta’ ħames kotba
Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Trevor Żahra
Illustrazzjoni
Cristina Losantos
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Xagħret Mewwija

Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Direzzjoni
Joseph GaleaCarlos Farrugia
Produzzjoni
Joseph Galea & Carlos Farrugia

365

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Xemgħat

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Le Parfum des œillets et autres nouvelles maltaises

Proża
Franċiż
Kitba
Traduzzjoni
Roland ViardAlbert Gatt
Pubblikazzjoni
L’Harmattan, Franza

Tnemmis

Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Direzzjoni
Joseph Galea
Produzzjoni
Joseph Galea

Stampakelma

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Aċċù!

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Trevor Żahra
Illustrazzjoni
Andrea Castellani
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Bizzilla

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta
Xogħlijiet marbuta

Il-mitt fehma tal-Kav. John Giordimaina

Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Direzzjoni
Josette Ciappara
Produzzjoni
Unifaun Theatre

Il-Ġenn li jżommni f'sikkti

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta.

Tqasqis

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Vespri

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta
Xogħlijiet marbuta

Vespers

Proża
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Clare Vassallo
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Quand vient la fin du jour

Proża
Franċiż
Kitba
Traduzzjoni
Roland ViardClare Vassallo
Pubblikazzjoni
L’Harmattan, Franza

Ħadd ma Jista’ Jsaltan jew Jieħu Tron li Mhux Tiegħu

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Ħadd ma Jista’ Jkanta jew Idoqq Strumenti tal-Banda

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Il-Ħrejjef Kollha ta’ Wied Peprina

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Penumbra

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta
Xogħlijiet marbuta

Min hi?

Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Direzzjoni
Ruben Zahra
Produzzjoni
Teatru Malta

Gerita

fi “Transcript 38”
Proża
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Albert Gatt
Pubblikazzjoni
Transcript Review, ir-Renju Unit

Ħadd ma Jista’ Jidħak jew Jiekol Pastizzi tal-Piżelli

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Prinċipessa

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Xi Jħobb Jiekol id-Dragun

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Paroli

Poeżija
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Il-Ħajja Sigrieta tan-Nanna Ġenoveffa

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta
Xogħlijiet marbuta

Nanna Ġenoveffas hemmelige liv

Proża
Norveġiż
Kitba
Traduzzjoni
Kristina Quintano
Pubblikazzjoni
Solum/Bokvennen Forlag, in-Norveġja

Тайная жизнь бабушки Женовеффы

Proża
Russu
Kitba
Traduzzjoni
Yana Psaila
Pubblikazzjoni
Khudozhestvennaya Literatura, ir-Russja

La vie secrète de Mamie Ġenoveffa

Proża
Franċiż
Kitba
Traduzzjoni
Roland Viard
Pubblikazzjoni
L’Harmattan, Franza

The Secret Life of Nanna Ġenoveffa

Proża
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Rose Marie Caruana
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Minn wara ż-Żipp

Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Direzzjoni
Chris Gatt
Produzzjoni
Unifaun Theatre

Sepja

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Sħab

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Krispella

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Kemm Naf Inpinġi

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Ojnk-Ojnk

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Kieku kieku

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Sfidi

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta
Xogħlijiet marbuta

вызовы

Proża
Russu
Kitba
Traduzzjoni
Yana Psaila
Pubblikazzjoni
Khudozhestvennaya Literatura, ir-Russja

Mota f’ġieħ kemm hemm

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

X’Tixtiequ Jagħmel il-Fenek

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Minċott Ħajt Iswed

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Żveljarin

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Koronata Traskurata

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Passiġġata

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Borma Minestra

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Mar id-Dawl

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Provenz

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Lubien

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Fuklar Qadim u Bnadar Imċarrta

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Ħanut tal-Ħelu

Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Direzzjoni
Carmel S. Aquilina
Produzzjoni
Manoel Theatre u Kumpanija Koperatturi

Is-Seba’ Tronġiet Mewwija

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Stella, Jien u Hu

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Ħolm tal-Milied?

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Il-Ktieb tal-Fenek l-Aħmar

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Qrempuċu f'Belt il-Ġobon

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Il-Praspar Kollha ta' Kunċett u Marinton

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Il-Miraklu tal-Ġiżirana

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

It-8 Kontinent

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Meta Jaqa' ċ-Ċpar

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

15-il numru

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta.

Villa Siko-Sao

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Ħdejn in-Nixxiegħa

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Taħt il-Weraq tal-Palm

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Qamar Aħdar

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Il-Kaxxa taz-Ziju

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Dwal fil-Fortizza

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Is-Surmast

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta
Xogħlijiet marbuta

Is-Surmast

Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Direzzjoni
John Suda
Produzzjoni
Unifaun Theatre

Il-Għar tax-Xelter

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Il-Pulena tad-Deheb

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta
Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies