SimonBartolo

1.

Bijografija

Simon Bartolo twieled Gwardamanġa nhar l-1 ta’ Mejju 1968. Huwa kittieb li kiseb diversi premjijiet, drammaturgu u direttur teatrali. Bħalissa qed jaħdem bħala traduttur fi Brussell. Qabel kien jgħallem il-letteratura Ingliża fil-Ġ.F. Abela Junior College. Kiseb Maġisteru fl-Ingliż mill-Università ta’ Malta. Għal xi snin, ħadem f’fabbrika, esperjenza li ġegħlitu jifhem l-importanza tal-edukazzjoni. Fl-1992, flimkien ma’ oħrajn waqqaf Aleateia, grupp teatrali ewlieni modern, li għalih kiteb drammi kif ukoll serva bħala direttur fi spettakli li ttellgħu lokalment u lil hinn.

Mur fil-biblijografija

Bartolo beda jaffaxxina ruħu bil-qawwa tal-istejjer sa minn età żgħira. Missieru kien jirrakkonta lilu u lil ħutu stejjer li minn darba għal oħra kienu dejjem jiżżewqu xi ftit aktar. Għal Simon tifel, il-kunċett li tiġbor dinjiet sħaħ u tqajjem emozzjonijiet bħall-biża’, il-ferħ u d-diqa, permezz tal-att sempliċi tat-taħdit, kien għalih seħer sħiħ. Huwa għalhekk li jara l-kelma bħala finzjoni li jista’ jkollha effett kompletament differenti bejn il-qarrejja skont il-kuntest li fih titlissen. Huwa jemmen li teżisti rabta unika bejn l-istorja, ir-rakkontatur u l-qarrejja, element li jista’ jinħass f’xogħlu.

Bartolo jqis lil Trevor Żahra bħala influwenza ewlenija. Il-kotba tiegħu ġegħluh jifhem l-importanza tal-lingwa nattiva. Huwa kien imur fi skola li ma kinitx tippermetti lill-istudenti tagħha jitkellmu bil-Malti fil-binja tagħha, bit-theddida ta’ kastig jekk din ir-regola ma titħarisx. Għal Bartolo adolexxenti, Żahra kien ribell li ma beżax jitkellem bil-lingwa pprojbita.


L-empatija tiegħu għal dawk emarġinati tidher f’A Seat at the Table: The Coming of Age of the LGBTIQ Movement in Malta (MGRM, 2018), rakkont dettaljat li jinkludi diversi intervisti dwar l-evoluzzjoni tad-drittijiet tal-gays f’Malta. Waqt li dan huwa ktieb storiku dwar wieħed mill-aspetti tad-drittijiet ċivili lokali, l-istil partikolari ta’ Bartolo jinħass f’kull paġna, u jwassal dan il-ktieb jinqara daqslikieku storja personali.


In-narrattiva ta’ Bartolo hija msejsa fis-supernaturali, faxxinu li huwa evidenti sa mix-xogħlijiet bikrija tiegħu, fosthom It-Triloġija tal-Fiddien (Merlin Publishers, 2007-2009) li kisbet popolarità kbira, u li kiteb flimkien ma’ Loranne Vella. Bħalissa jinsab fl-istadji finali ta’ Kreatura tad-Deheb, l-aħħar ktieb ta’ triloġija oħra, Ruxxmata Kreaturi (Merlin Publishers, 2020-). Din it-triloġija tirrakkonta l-istejjer taċ-ċkejknin Nadja u Antonin, li flimkien ma’ kast eċċentriku ta’ qrabathom, jeħduha kontra kreaturi mill-folklor Malti. Waqt li din it-triloġija tista’ tiġi klassifikata bħala tal-biża’, Bartolo jaddotta stil leġġer, li mingħajr wisq sforz jwaħħad il-waħx, il-kummiedja, l-istramberiji u mumenti ta’ assurdità. Il-ħakma tiegħu tal-lingwa tiżgura tranżizzjoni bla xkiel minn ġeneru għall-ieħor, u toħloq vuċi li hija tiegħu biss.


Ix-xogħol ta’ Bartolo huwa xhieda tal-apprezzament profond tiegħu tar-rakkuntar, il-lingwa u l-qawwa tal-kelma biex dawn jagħġnu emozzjonijiet u perċezzjonijiet varji. Il-kitba tiegħu tingaġġa lill-qarrejja, tipprovokahom biex jaħsbu u hija personali b’mod distintiv, waqt li wkoll tħalli fuqhom impatt fit-tul.

Bijografija miktuba minn Noel Tanti u maqluba għall-Malti minn Jean Paul Borg

2.

Biblijografija

Il-Kreatura taħt is-Sodda (Ruxxmata Kreaturi: It-Tieni Ktieb)

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
José Luís Ocaña
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Il-Kreatura tal-Bir (Ruxxmata Kreaturi: L-Ewwel Ktieb)

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
José Luís Ocaña
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Il-Leġġenda ta' Robin Hood u Marian

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Romont Willy
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Kważi Kważi lil Tamara Nżommuha

Proża
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Simon Bartolo
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Deformity

Proża
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Kliem ir-Riħ

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta

Il-Ġnien tad-Dmugħ (Il-Fiddien: It-Tielet Ktieb)

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Wied Wirdien (Il-Fiddien: It-Tieni Ktieb)

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Sqaq l-Infern (Il-Fiddien: L-Ewwel Ktieb)

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

The Door, the Bridge, and the Staircase — a study guide to Graham Greene's '21 Stories'

Proża
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Dreaming of Paradise: A Study Guide to John Steinbeck's 'Of Mice and Men'

Proża
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
Indigo Books, Malta
Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies