RitaSaliba

1.

Bijografija

Imwielda fl-1964, Rita Saliba tikteb il-proża kemm għall-kbar kif ukoll għat-tfal, u tesprimi l-kreattività tagħha wkoll bil-pittura u l-illustrazzjoni. Meta bdiet tikteb ta’ età żgħira, l-esperjenza kienet marbuta mal-kultivazzjoni ta’ dinja sigrieta li kienet taf biha hi biss.

Mur fil-biblijografija

Imma meta rebħet kompetizzjoni nazzjonali għal-Letteratura tal-Adolexxenti, Saliba waslet biex tifhem kif il-letteratura tista’ toħloq konnessjonijiet bejn il-kuxjenzi li jistgħu jkopru diversi ġenerazzjonijiet.

Ir-riżultat ta’ din ir-rebħa wassal għall-ewwel rumanz tagħha, Inżul ix-Xemx (Merlin Publishers, 2011), li jiffoka fuq ħbiberija li tiżviluppa bejn żewġ subien, Josef u Thomas. Thomas huwa marbut bir-reġim strett tal-ġenituri tiegħu minħabba l-marda rari li jbati minnha. Ftit wara, ħarġet żewġ rumanzi oħra għaż-żgħażagħ – Bella Berger (Klabb Kotba Maltin, 2013) u Il-Kulur tal-Lellux (BDL, 2016), li komplew jikkonsolidaw lil Saliba bħala r-rebbieħa tal-premju tal-letteratura għaż-żgħażagħ, u wasslu għal karriera letterarja varjata.

Dan minkejja li Saliba bdiet tikteb u tippubblika ta’ età relattivament matura. Saliba dan tqisu bħala vantaġġ, għax l-esperjenza tal-ħajja taf tkun ta’ fejda għall-kitba tal-proża, u l-lealtà lejn il-verità tidher li taħdem fil-każ ta’ Saliba li llum hija kittieba prolifika. Ir-relazzjoni tagħha ma’ Merlin Publishers kompliet b’għadd ta’ kotba għat-tfal – fi wħud minnhom hija kellha l-irwol ta’ traduttriċi, filwaqt li għas-serje Senduq ikkollaborat ma’ awturi u illustraturi oħra. Fi tfulitha kienet tħobb taqra r-rumanzi storiċi meta kienet tkun fid-dar ta’ nannitha u din l-imħabba sabitha utli għall-addattamenti li ħadmet fuqhom. Hija addattat ix-xogħlijiet klassiċi ta’ Ġużè Bonnici u ta’ Ġużè Galea għall-qarrejja żgħażagħ mal-Klabb Kotba Maltin … forsi billi sabet dik l-istess ħeġġa li wasslitha, meta kienet għadha żgħira, biex tgħaddas lilha nfisha fl-atmosfera ta’ Malta fl-imgħoddi, anke jekk il-plott, dak iż-żmien, kien jidhrilha daqsxejn imċajpar.

Bħallikieku biex tikkumpensa għall-bidu ‘tard’ tagħha fil-kitba, Saliba ħarġet ukoll erba’ ġabriet ta’ novelli; l-ewwel tnejn, Satin u Damask (Horizons), huma magħmulin minn novelli twal filwaqt li l-aktar ġabriet riċenti jikkonsistu fi stejjer qosra ta’ madwar 100 jew 200 kelma kull waħda. L-ewwel rumanz tagħha għall-kbar, O.B.E. – rumanz ta’ suspans psikoloġiku msawwar fuq il-kunċett ta’ esperjenzi barra l-ġisem, kif jindika ismu – ikompli juri kemm bħala awtriċi, Saliba ma tibżax tesperimenta b’forom letterarji differenti.

Saliba ssib l-ikbar gost fl-istadju tar-riċerka. Dan l-istadju Saliba jfisser ħafna għaliha u n-nies li tiltaqa’ magħhom fir-riċerka sikwit isibu ruħhom fil-kitba tagħha. Saliba hija grata li hi parti mill-komunità usa’ tal-kittieba Maltin u taqsam ilment wieħed, li hu komuni, dwar din il-komunità: in-nuqqas ta’ rispons xieraq u ta’ mekkaniżmu tal-kritika fi ħdan il-kultura letterarja.

Miktuba minn Teodor Reljić u maqluba għall-Malti minn Sephora Francalanza

2.

Biblijografija

"Motes in a Sunbeam"

"Għabra"
Antoloġija
Ingliż
Editjar
Jen Calleja Kat Storace

MittKelma

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta

O.B.E.

Proża
Kitba
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta

Lorella u l-Ġenju li ma kienx jaf jaqra

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Illustrazzjoni
Moira Scicluna
Pubblikazzjoni
BDL, Malta

Ħjut

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

It-tikek ta’ Gabrijel

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Rita Saliba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Fuq Widnejn Torox u Stejjer Żbukkati Oħra

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta

Damask

Proża
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Gabrijel u l-flokk tar-rokit

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Nuntia
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Gabrijel irid misluta

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Nuntia
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Għażla ta' poeżiji u mikrostejjer / Selection of poems and microstories

Varji
Olandiż
Kitba
Traduzzjoni
Janneke SpoelstraHedwig Terpstra
Pubblikazzjoni
Ensafh, in-Netherlands

Typysk

Tipiku
Poeżija
Olandiż
Kitba
Traduzzjoni
Rita Saliba
Pubblikazzjoni
Ensafh, in-Netherlands

Il-Ħajjat tal-Istejjer

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Robert Caruana
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Żiffa Mqarba f’Ħal Buffura

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
BDL, Malta

Weraq tal-Fidda: Stejjer u versi għat-tfal

Varji
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Rebecca Barry
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Il-Buffu l-Mistħi/The Timid Clown

Ktieb bl-istampi
Malti
Ingliż
Kitba
Illustrazzjoni
Naomi Gatt
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Il-Kulur tal-Lellux

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Rumanzi għaż-Żgħażagħ
Pubblikazzjoni
BDL, Malta

In-Naffar li Xtaq Itir/The Scarecrow Who Wanted to Fly

Ktieb bl-istampi
Malti
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Satin

Proża
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Il-Misteru tal-Labirint

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Il-Misteru tad-Dniefel tal-Ġebel

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Bella Berger

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Rumanzi għaż-Żgħażagħ
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta

Psitt-psitt, Buuk-Buuk: Stejjer mill-BirdPark

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Kite, Malta

Inżul ix-Xemx

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Rumanzi għaż-Żgħażagħ
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Kevin u Qatraxita

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Frank Schembri
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta
Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies