Pierre J.Mejlak

1.

Bijografija

Pierre J. Mejlak ħareġ l-ewwel rumanz tiegħu, Meta nstabu l-Anġli (Merlin Publishers, 2002) meta kellu 20 sena biss. Minn dakinhar ’l hawn, rebaħ ħafna premji għal xogħlu, imma huwa magħruf l-aktar għaż-żewġ ġabriet ta’ novelli brillanti tiegħu: Qed nistenniek nieżla max-xita (Merlin Publishers, 2009) u Dak li l-lejl iħallik tgħid (Merlin Publishers, 2011; tradott għall-Ingliż bħala Having Said Goodnight, Merlin Publishers, 2015). B’din l-aħħar ġabra rebaħ il-Premju Ewropew għal-Letteratura fl-2014.

Mur fil-biblijografija

Uħud min-novelli ta’ Mejlak imorru lura għal tip popolari ħafna ta’ storja bil-Malti: il-praspura. Il-praspura jkun fiha taħlita ta’ karattri partikolari, ħafna drabi tfal u/jew membri tal-komunità, li jaġixxu b’mod redikolu jew żbaljat. Madankollu, filwaqt li r-riperkussjonijiet tal-praspura konvenzjonali huma ftit, u qajla jitbiegħdu mill-konfini tar-raħal jew tal-komunità fejn huma bbażati, il-karattri u l-istejjer ta’ Mejlak jokkupaw tila ħafna usa’. Pereżempju, iċ-ċajta li jagħmel Mark Delia fuq il-midja soċjali fin-novella “Kolp ta’ Stat”, wara r-reazzjoni konfuża tiegħu meta jħassar minn mat-tfajla, twassal għal għagħa kbir fil-pajjiż u jkollha konsegwenzi politiċi serji ħafna. Din hija xi ħaġa komuni fl-istejjer ta’ Mejlak: plott li jidher sempliċi, fil-verità jkollu traċċi mqarbin, xi drabi anke oskuri, u lill-qarrej jaħsduh.

Ħafna mix-xogħlijiet ta’ Mejlak jitmexxew minn tensjoni diżordinata bejn dak miktub u dak implikat. L-istejjer tiegħu jħallu dell tqil u ta’ diqa. Dan jidher ċar fir-rumanz Riħ Isfel (Merlin Publishers, 2007), miktub għaż-żgħażagħ u bbażat f’Għawdex fit-80ijiet. Riħ Isfel jidher li huwa rumanz ta’ misteru dwar l-għajbien ta’ tifel, ibbażat fir-raħal fejn trabba Mejlak, iżda meta n-nostalġija titqiegħed ħdejn ir-rakkont qalbieni tal-ħtif tat-tifel, dan iwassal għal storja li fiha r-realtà ħarxa tal-ħajja tieħu post it-tfulija idillika. Iż-żewġ dinjiet jeżistu simultanjament, imma waħda qiegħda ċċedi ftit ftit lill-oħra, u din id-dinamika hija evidenti ħafna fil-proża ta’ Mejlak.

Mejlak jirnexxilu jpoġġi mera quddiem l-idjosinkraziji tal-Maltin u jesponi realtà pjuttost mudlama u inkwetanti. Kull mument leġġer jostor verità skomda; u ma’ kull verità hemm il-potenzjal għal storja tajba.

Bijografija miktuba minn Noel Tanti u maqluba għall-Malti minn Sephora Francalanza

2.

Biblijografija

Il-Leġġenda ta’ San Ġorġ u d-Dragun

Ktieb bl-istampi
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Flash Fiction International: Very Short stories from Around the World

Proża
Ingliż
Kitba
Editjar
James Thomas Robert Shapard
Pubblikazzjoni
W. W. Norton Company, l-Istati Uniti tal-Amerka

Dak li l-Lejl Iħallik Tgħid

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u tal-Premju Letterarju Ewropew
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta
Xogħlijiet marbuta

Izgovoreno Pod Okriljem Noći

Proża
Serb
Kitba
Traduzzjoni
Vesna Stamenković
Pubblikazzjoni
Treći Trg, is-Serbja

Kar noč dopušča

Proża
Sloven
Kitba
Traduzzjoni
Andrej Pleterski
Pubblikazzjoni
Sodobnost, is-Slovenja

Nakon pozdrava za laku noć

Proża
Kroat
Kitba
Traduzzjoni
Preveo Andy Jelčić
Pubblikazzjoni
Sandorf, il-Kroazja

Onu Görmeye Gittim

Proża
Tork
Kitba
Traduzzjoni
Mehtap Gün Ayral
Pubblikazzjoni
Kalem, it-Turkija

Når vi har sagt god natt

Proża
Norveġiż
Kitba
Traduzzjoni
Kristina Quintano
Pubblikazzjoni
Quintano Forlag, in-Norveġja

Co pozwala powiedzieć noc

Proża
Pollakk
Kitba
Traduzzjoni
Krzysztof Szczurek
Pubblikazzjoni
Ksiazkowe Klimaty, il-Polonja

Pasi kam thënë natën e mirë

Proża
Albaniż
Kitba
Traduzzjoni
Sadedin Limani
Pubblikazzjoni
Fan Noli, l-Albanija

ноќta te paзубеди

Proża
Maċedonjan
Kitba
Traduzzjoni
Vladimir Jankovski
Pubblikazzjoni
Goten Publishers, il-Maċedonja ta’ Fuq

Когато изпратим деня

Proża
Bulgaru
Kitba
Traduzzjoni
Nevena Dichlieva-Krysteva
Pubblikazzjoni
ICU, il-Bulgarija

Having said goodnight

Proża
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Clare VassalloAntoine Cassar
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Riħ isfel

Serje televiżiva
Kitba
Direzzjoni
Charles Stroud
Produzzjoni
NET TV

Qed Nistenniek Nieżla max-Xita

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta
Xogħlijiet marbuta

Yn de bar fan Livia

Proża
Olandiż
Kitba
Traduzzjoni
André Looijenga
Pubblikazzjoni
Ensafh, in-Netherlands

At Livia's Bar

minn “I'm waiting for you to fall with the rain”
Proża
Kitba
Traduzzjoni
Antoine Cassar
Pubblikazzjoni
Words without Borders, l-Istati Uniti tal-Amerka

Riħ Isfel

Proża
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Meta Nstabu l-Anġli

Proża
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Trab Abjad

Proża
Kitba
Pubblikazzjoni
PIN, Malta
Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies