OliverFriggieri

1.

Bijografija

Diffiċli jiġi sopravalutat l-irwol ta’ Oliver Friggieri biex tiġi stabbilita identità kulturali Maltija. Is-sehem kbir tiegħu, sija letterarju u sija akkademiku, mhux biss wassal għal rivoluzzjoni tal-mod kif nifhmu l-letteratura Maltija, imma anke żvela l-imħabba kbira li kellu lejn ilsien twelidu.

Mur fil-biblijografija

Friggieri twieled il-Furjana fis-27 ta’ Marzu tal-1947. Studja fis-Seminarju Minuri tal-Arċisqof u mbagħad fis-Seminarju Maġġuri fejn beda jistudja għal qassis. Eventwalment, ma kompliex għal qassis, billi rrealizza li s-sejħa vera tiegħu kienet l-istudju tal-lingwa Maltija.

Friggieri kien jemmen li l-letteratura u l-filosofija huma marbutin flimkien u li l-ebda kittieb ma jista’ jipproduċi xi ħaġa ta’ importanza sakemm din ma tkunx tittratta kwistjonijiet fundamentali li preokkupaw lill-umanità għal sekli sħaħ. Kien tal-fehma li l-vjaġġ tal-kittieb u tal-ħassieb huwa wieħed solitarju, mimli dubji, ansjetà u ambigwità.

Dawn it-temi huma diskussi fil-poeżija tiegħu “Barrani”, li fiha jiddeskrivi l-ħajja bħala xi ħaġa solitarja mingħajr rotta jew destinazzjoni ppjanata. Madankollu, il-vjaġġ jidher li jwassal għal xi tip ta’ tifsira, imma anke din hija elużiva u teħtieġ li wieħed iċaħħad lilu nnifsu min-nazzjonalità, mill-familja u mill-identità. Il-persona ta’ Friggieri ddur f’limbu eżistenzjali, toqgħod f’realtà li lilu taljenah. Mhux ċar jekk huwiex parteċipant b’idejh marbutin jew aġent bir-rieda; imma hija din l-inċertezza li donnha tiddetermina l-andament tal-eżistenza tiegħu.

Fil-poeżija “Lejn il-Patibolu”, Friggieri jpinġi s-solitudni tiegħu bħallikieku hija forma sfurzata ta’ tbegħid ġejja minn dinja stramba, barranija u malizzjuża. Hu jinqabad f’salib it-toroq, mgħakkes minn dak li tistenna minnu s-soċjetà, li tirrikjedi li jieħu rwol attiv u parteċipatorju f’ambjent li hu jqisu volatili u temporanju. M’għandux relazzjoni tajba mal-passat u dak li kellu jżommu f’sikktu u jiggwidah, issa jikkonfondih u jġiegħlu jiddubita l-ħsibijiet tiegħu stess.

F'“Sikta tal-Ħarifa”, Friggieri jilmenta fuq kif qed jiddiżintegraw il-kisbiet u l-abbiltajiet tiegħu, u jqabbel dan mal-mod kif in-natura titmermer b’mod ċikliku fil-ħarifa. B’diqa, il-poeta jiddeskrivi kif qed tiġġarraf u tintilef l-aktar ħaġa għażiża li għandu: il-kliem. Issa huwa “poeta mutu”, misruq mill-mod li bih seta’ jesprimi l-ħsibijiet u l-ħsus tiegħu.

L-iskrutinju ma jaqta’ xejn ta’ Friggieri tal-kundizzjoni umana, tratta wkoll il-politika Maltija. Ix-xena politika lokali minn dejjem kienet diviżiva ħafna, bl-influwenza konsiderevoli taż-żewġ partiti politiċi l-kbar li jaqsmu l-popolazzjoni f’żewġ fazzjonijiet rivali. Din hija t-tema tar-rumanz ta’ Friggieri tal-1986, Fil-Parlament ma jikbrux fjuri (Mireva Publications). Ir-rumanz huwa dwar raġel bl-isem Karlu Manju, li huwa ħieles mill-affiljazzjonijiet politiċi u mill-antagoniżmu tribali li jġibu magħhom. Il-ktieb ġie ppubblikat fi żmien partikolarment imqalleb fl-istorja Maltija u t-titlu ġibed l-attenzjoni tal-pubbliku – deher fil-gazzetti, saru referenzi għalih fil-mass meetings u ġie diskuss fil-Parlament.

Madankollu, minkejja l-perspettiva ċinika tiegħu, Friggieri kellu fidi qawwija fl-ispirtu uman. F’xogħlu hemm sens ta’ kompassjoni ġenwina lejn dawk in-nies li qegħdin jitqabdu mal-assurdità tal-ħajja.

Miktuba minn Noel Tanti u maqluba għall-Malti minn Sephora Francalanza

2.

Biblijografija

Dik id-Dgħajsa f'Nofs il-Port

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta

La Jibbnazza Niġi Lura

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Mireva, Malta
Xogħlijiet marbuta

Let Fair Weather Bring Me Home

Proża
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Rose Marie Caruana
Pubblikazzjoni
Austin Macauley Publishers, ir-Renju Unit

Lo straniero con la valigia in mano: il rigattiere della solitudine

Poeżija
Taljan
Kitba
Traduzzjoni
Bruno Rombi
Pubblikazzjoni
Apulia

Sotto l'ombra degli occhi: antologia poetica

Poeżija
Taljan
Kitba
Premjijiet
Premio Internazionale Trieste Poesia
Traduzzjoni
Bruno Rombi
Pubblikazzjoni
FrancoPuzzoEditore, l-Italja

Il-Poeżiji Miġbura

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Mireva, Malta

Il-Kliem li Tgħidlek Qalbek

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Mireva, Malta

Ritual în amurg

Poeżija
Rumen
Kitba
Traduzzjoni
Ian Deaconescu
Pubblikazzjoni
Europa, ir-Rumanija

L-Istorja ta' Ġesù

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
PEG, Malta

Saaren ääni

Poeżija
Finlandiż
Kitba
Traduzzjoni
Paula Lohi
Pubblikazzjoni
Turun yliopisto, il-Finlandja

It-Tfal Jiġu bil-Vapuri

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Mireva, Malta
Xogħlijiet marbuta

Children come by ship

Proża
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Marina Lowell
Pubblikazzjoni
Austin Macauley Publishers, ir-Renju Unit

A gyerekeket a hajó hozza

Proża
Ungeriż
Kitba
Traduzzjoni
Boda Magdolna
Pubblikazzjoni
Bába Kiadó, l-Ungerija

I bambini arrivano in nave

Proża
Taljan
Kitba
Traduzzjoni
Bruno Rombi
Pubblikazzjoni
Nemapress, l-Italja

Noi siamo un desiderio

Poeżija
Taljan
Kitba
Traduzzjoni
Bruno Rombi
Pubblikazzjoni
Campanotto, l-Italja

Ġiżimin li Qatt ma Jiftaħ

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Mireva, Malta

L-Antoloġija tan-Natura: Poeżija u Proża

Antoloġija
Malti
Editjar
Mario AzzopardiOliver Friggieri
Pubblikazzjoni
Is-Segretarjat għall-Ambjent, Malta

Fil-gżira Taparsi jikbru l-fjuri

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Grima, Malta

La voce dell'onda

Poeżija
Taljan
Kitba
Traduzzjoni
Arnold CassolaBruno Rombi
Pubblikazzjoni
Nemapress, l-Italja

A Distraught Pilgrim: Poems

Poeżija
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Peter Serracino Inglott
Pubblikazzjoni
Universal Intelligence Data Bank of America, l-Istati Uniti tal-Amerka

Rewwixta: dramm poetiku fi tliet atti

Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Grima, Malta

Bħalissa xi ħadd qed imut fuq l-għolja

Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Veritas Press, Malta

Mal-fanal hemm ħarstek tixgħel

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta
Xogħlijiet marbuta

Aur dareche sulgte rahe

Poeżija
Indjan
Kitba
Traduzzjoni
Baldev MirzaJamuna Prasad Rahi
Pubblikazzjoni
SL Publications, l-Indja

Fil-Parlament ma jikbrux fjuri

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Mireva, Malta

Il-Gidba

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta
Xogħlijiet marbuta

Die Lebenslüge

Proża
Ġermaniż
Kitba
Pubblikazzjoni
Radu Bărbulescu, il-Ġermanja

The Lie

Proża
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Charles Briffa
Pubblikazzjoni
Allied, Malta

Rużar Briffa

Il-poeżiji miġbura
Poeżija
Malti
Kitba
Editjar
Oliver Friggieri
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta

Aktar stejjer għal qabel jidlam

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Gulf, Malta

L-Istramb

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta
Xogħlijiet marbuta

The Misfit

Proża
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Charles Briffa
Pubblikazzjoni
Faraxa Publishing, Malta

Crosswinds: an anthology of post-war Maltese poetry

Poeżija
Ingliż
Editjar
Oliver Friggieri
Pubblikazzjoni
Wilfion Books, ir-Renju Unit

Stejjer għal qabel jidlam

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Gulf, Malta

Dwal fil-Persjani

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Lux Press, Malta

Mas-Sejħa tat-Tnabar

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Lux Press, Malta

Analiżi ’70

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awturi
Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies