NadiaMifsud

1.

Bijografija

Għall-poeta, rumanziera u traduttriċi Nadia Mifsud, il-letteratura tirrappreżenta bieb għal dinja oħra, u tiggarantixxi mogħdija qalb suġġetti ġeografiċi u emozzjonali varji. Forsi dawn is-suġġetti qajla jitqiesu bħala sorpriża ġaladarba qed niddiskutu lil Mifsud, li twieldet f’Bormla fl-1976 u llum toqgħod Franza, u taħdem bħala traduttriċi għal rasha.

Mur fil-biblijografija

Id-dimensjoni internazzjonali ta’ xogħol Mifsud tkompli tissaħħaħ bil-workshop tat-traduzzjoni li tmexxi fil-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta li jsir kull sena. F’dan il-workshop, għadd ta’ kittieba internazzjonali jkunu mistednin jittraduċu xogħol xulxin qabel ma jippreżentawh fuq il-palk fl-iljieli tal-festival.

Lil hinn minn ħajjitha kif inhi llum, imsawra mil-lingwa tal-letteratura u msejsa qalb il-klikka tal-kollegi kittieba Maltin tagħha, meta kienet iżgħar, Mifsud kienet inħasdet meta skopriet li għal ħafna minn sħabha ma kinitx xi ħaġa minn ewl id-dinja li jiktbu l-poeżija. Hija bdiet tesperimenta b’dan il-ġeneru biex tikkonsla lill-kuġina tagħha li kienet ma tiflaħx, billi kienet kitbitilha poeżija meta kellha appendiċite.

Imma l-poeżija kellha tingħata l-ġenb meta Mifsud kienet l-Università, għax dak iż-żmien hija ddedikat lilha nfisha lit-twettiq tal-ħolma tagħha li tmur toqgħod Franza, allura l-prijorità tagħha kienet li teċċella fil-Franċiż. “Domt ftit sa ma rġajt lura għall-poeżija,” qalet Mifsud hi u tirrifletti. “Kienet il-poeżija li ġiet lura għandi.”

Mifsud ippubblikat tliet ġabriet tal-poeżija, rumanz, Ir-rota daret dawra (kważi) sħiħa (Merlin Publishers, 2017), u ġabra ta' stejjer qosra, Żifna f'xifer irdum (Merlin Publishers, 2021), li kollha jiffukaw fuq is-suġġett li tittratta b’mod rikurrenti, l-esperjenza tal-mara, espressa b’mod elokwenti imma istintiv u onest.

Imma l-att tal-ivvjaġġar qalb il-kliem qatt mhu mbiegħed wisq mill-isfera ta' preokkupazzjoni ta’ Mifsud, li wildet it-tieni antoloġija tagħha Kantuniera ’l Bogħod (Edizzjoni Skarta, 2015), wara l-ewwel ġabra tagħha żugraga, ippubblikata fl-2009. Anke t-titlu, Kantuniera ’l Bogħod, huwa taħlita b’saħħitha xhieda ta’ xewqet Mifsud li tesplora l-ambigwitajiet tad-distanza u l-qrubija, tal-familjari u dak li mhux, ta’ kemm, fi kliemha stess, huwa faċli li l-perspettivi tagħna jinbidlu.

Miktuba minn Teodor Reljić u maqluba għall-Malti minn Sephora Francalanza

2.

Biblijografija

Varjazzjonijiet tas-Skiet

Poeżija
Malti
Kitba
Arti
Glen Calleja
Fotografija
Kenneth Scicluna
Pubblikazzjoni
Ede Books, Malta

Żifna f'xifer irdum

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

"Stoarm"

"Maltempata"
Poeżija
Olandiż
Kitba
Pubblikazzjoni
Ensafh, in-Netherlands

20 poeżija / 20 poems

fi “Transkrit: 08”
Poeżija
Kitba
Traduzzjoni
Nadia Mifsud
Pubblikazzjoni
Centre Culturel Kulturfabrik, il-Lussemburgu

Ir-rota daret dawra (kważi) sħiħa

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Kantuniera ’l bogħod

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Edizzjoni Skarta, Malta; Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

"Larinġa"

Poeżija
Franċiż
Kitba
Traduzzjoni
Nadia Mifsud
Pubblikazzjoni
Voix Vives, Franza

“Storm” & “Exil/Asile”

fi “Transcript 38”
Poeżija
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Maria Grech Ganado
Pubblikazzjoni
Transcript, Wales

Bateau Noir

Poeżija
Malti
Franċiż
Kitba
Traduzzjoni
Nadia MifsudCatherine Camilleri
Pubblikazzjoni
Edizzjonijiet Emma Delezio, Malta

żugraga

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtriċi
Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies