MiriamCalleja

1.

Bijografija

Imwielda fl-1982, il-poeta bilingwi Miriam Calleja pposponiet is-sejħa tal-muża poetika għal numru ta’ snin, sakemm imbagħad ċediet f’xi punt f’dan l-aħħar deċennju. Ħarġet l-ewwel ġabra tal-poeżija tagħha Pomegranate Heart fl-2015, u biha introduċiet wieħed mill-aktar ilħna attivi fil-poeżija kontemporanja fix-xena Maltija.

Mur fil-biblijografija

Dik il-ġabra mmarkat il-bidu ta’ kollaborazzjoni mal-pubblikatur żgħir Ede Books, kollaborazzjoni li għadha għaddejja. Il-ġabra kienet ukoll il-qofol tal-passjoni ta’ Calleja li kienet ilha tnemnem ġo fiha, li rritornat għaliha wara numru mhux żgħir ta’ dubji u ta’ provi.

Imħarrġa u impjegata bħala spiżjara sal-lum, Calleja ddeċidiet li taddotta l-poeżija b’mod iżjed konsistenti wara li qattgħet xi snin tittanta xortiha fit-teatru u f’forom oħra ta’ kitba. Kompliet toħroġ minn qoxritha bl-għajnuna ta’ workshops ta’ ispirazzjoni mmexxijin minn nies bħal Kei Miller, Roger Robinson u Wendy Pratt.

Imma l-organizzar ta’ avvenimenti letterarji u t-tmexxija ta’ workshops tal-kitba kreattiva wkoll kellhom parti ewlenija fil-mixja poetika bikrija ta’ Calleja, u fil-fatt, fost l-attivitajiet relatati mal-poeżija li tipparteċipa fihom, għad hemm il-workshops tal-kitba kreattiva. Calleja tgħid li dak li tħoss meta tiggwida lil xi poeta ieħor lejn il-mogħdija ta’ xogħol sodisfaċenti “m’hemmx prezzu”. Il-ħeġġa li għandha li tkun parti minn komunità ta’ persuni kreattivi hija wkoll xhieda għan-natura kollaborattiva ta’ xogħolha ma’ Ede Books. It-tieni antoloġija tagħha, Inside, ħarġet bħala nofs Inside Skin – volum bil-poeżija ta’ Calleja u volum bil-fotografija tal-fundatur u pubblikatur ta’ Ede Books, Zvezdan Reljić. Permezz tat-tnedija tal-antoloġiji tagħha, u bil-parteċipazzjoni attiva tagħha f’lejliet letterarji, sessjonijiet ta’ palk ħieles u festivals lokali u anke barranin, Calleja hija aktar imħeġġa tifforma parti mill-komunità usa’ tal-kittieba Maltin. Tammetti, iżda, li ħassitha intimidata bin-natura tax-xena letterarja għall-ewwel meta feġġet fiha, billi hija magħmula minn nies b’interessi simili u b’relazzjonijiet b’saħħithom bejniethom, partikolarment peress li kienet fil-minoranza bħala poeta bilingwi li tikteb l-aktar bl-Ingliż.

B’konsegwenza tal-COVID-19, Calleja ħarġet żewġ kotba tal-poeżija: il-poema Remember u Stranger Intimacy, it-tnejn ippubblikati bħala edizzjonijiet bl-illustrazzjonijiet minn Štamparija Reljić, li taqa’ taħt il-kappa ta’ Ede Books. Il-pandemija rat lil Calleja tkompli bil-kitba medika tagħha, u f’Mejju tal-2020 hija ppubblikat COVID-19 and the Virus that Shook the World ma’ Oppian Press.

Il-poeżiji ta’ Calleja dehru f’diversi pubblikazzjonijiet internazzjonali, u ġew tradotti għas-Sloven, għall-Grieg, għar-Rumen, għall-Franċiż, għan-Norveġiż, għall-Ġermaniż u għall-Friżjan.

Miktuba minn Teodor Reljić u maqluba għall-Malti minn Sephora Francalanza

2.

Biblijografija

Covid-19 and the virus that shook the world

Proża
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
Oppian Press, il-Finlandja

Remember

Poeżija
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
Štamparija Reljić, Malta

Stranger Intimacy

Poeżija
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
Štamparija Reljić, Malta

Għażla ta' poeżiji / Selection of poems

f'“Wara Settembru”
Poeżija
Sloven
Kitba
Traduzzjoni
Miljana Cunta
Editjar
Immanuel MifsudPeter Semolič
Pubblikazzjoni
Antologie Vilenice, is-Slovenja

Inside

parti minn "Inside Skin"
Poeżija
Ingliż
Kitba
Fotografija
Zvezdan Reljić
Pubblikazzjoni
EDE Books, Malta

Pomegranate Heart

Poeżija
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
EDE Books, Malta
Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies