MarleneSaliba

1.

Bijografija

Il-poeta u lettriċi Marlene Saliba bdiet tikteb fl-età ta’ 14-il sena, ispirata minn dak li ġara fil-ħajja personali tagħha li kompla jkebbes in-natura inkwiżittiva u mħassba tagħha, li ma kinitx tixhed il-karattru tagħha – natura li ma kellhiex komuni ma’ sħabha dak iż-żmien, imma li eventwalment wasslet għal ħajja fejjieda u rikka ta’ kitba, u ta’ ħsibijiet u twemmin intellettwali wiesa’.

Mur fil-biblijografija

Wara li l-ewwel tentattivi tagħha fil-poeżija wasslu għall-pubblikazzjoni u għal reputazzjoni fi ħdan ix-xena letterarja lokali, Saliba ġiet assoċjata ma’ sett ta’ temi u motivi ewlenin li faċilment jintgħarfu. Fost dawn hemm il-meditazzjoni ta’ spazju u żmien kożmiċi, li twassalna biex nirriflettu kemm fuq iċ-ċokon tagħna fl-univers, imma anke fuq il-konnessjoni ħolistika tagħna miegħu, u l-potenzjal li għandna li ntejbu lilna nfusna u lis-soċjetajiet tagħna. Ix-xewqa li taqbad sens ta’ interkonnessjoni li tmur lil hinn miż-żmien hija msaħħa bil-qasam l-ieħor ta’ interess letterarju ta’ Saliba: l-esplorazzjoni ta’ moħħ missirijietna taż-żminijiet Neolitiċi, u l-wirt misterjuż li ħallew warajhom li, iżda, huwa wieħed li jindika nuqqas ta’ strutturi lesti għad-difiża fil-gwerra, u minflok juri li kienu jifhmu ċ-ċikli naturali b’mod intuwittiv u profond.

Saliba studjat il-letteratura Ingliża kemm f’Malta u kemm fir-Renju Unit. Kienet taħdem bħala assistenta librara, għalliema ġo skola, u eventwalment saret lettriċi tal-Ingliż full-time l-Junior College u anke l-Università ta’ Malta. Hija kienet tagħmel ir-riċerka part-time wkoll għall-Istitut tal-Istudji tal-Paċi u l-Kunflitti fi ħdan il-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali fl-Università ta’ Malta. Għandha Diploma fl-Immaniġġjar Professjonali tal-Istress u l-Konsulenza, u kemm-il darba mexxiet workshops fuq il-letteratura u l-iżvilupp tal-persuna, kif ukoll fuq l-edukazzjoni għad-drittijiet umani u għall-paċi ġewwiena.

Billi l-ewwel fażi tal-edukazzjoni tagħha kienet taħt il-kolonja Ingliża, l-ewwel pinzellata ta’ Saliba bl-idjoma letterarja kienet inevitabbilment bl-Ingliż – dan jidher fl-ewwel antoloġija tagħha tal-poeżija, Time-Faring (Formatek Limited), ippubblikata fl-1994. Filwaqt li nħarġet it-tieni edizzjoni ta’ din il-ġabra fl-2001, verżjoni bil-Malti ġiet ippubblikata fl-2014 bl-isem Nimirħu maż-Żmien (Faraxa Publishing). Għal Saliba, il-ġabra hija verżjoni separata mill-antoloġija oriġinali bl-Ingliż, u tqisha bħala aktar minn sempliċiment traduzzjoni.

It-tieni antoloġija ta’ Saliba kienet il-ġabra bilingwi Xbihat tal-Antenati/Ancestral Visions li ħarġet fl-2011. Il-ġabra tixhed l-interess ta’ Saliba fil-passat Neolitiku tagħna, u tinkludi illustrazzjonijiet fotografiċi ta’ siti Neolitiċi ewlenin.

Saliba tħoss affinità profonda mal-kittieba l-oħra fix-xena letterarja Maltija, u tittama li fiha jista’ jkun hemm aktar lok għall-istħarriġ tal-benefiċċji tat-terapija u l-fejqan permezz tal-letteratura.

Miktuba minn Teodor Reljić u maqluba għall-Malti minn Sephora Francalanza

2.

Biblijografija

Għażla ta' poeżiji / Selection of poems

fi “Voix Vives de Méditerranée en Méditerranée”
Poeżija
Franċiż
Kitba
Traduzzjoni
Vincenzo Maria Pellegrini
Pubblikazzjoni
Voix Vives de Méditerranée en Méditerranée, Franza

Xbihat tal-Antenati

Poeżija
Malti
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtriċi

Time-Faring

Poeżija
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
Formatek Ltd., Malta
Xogħlijiet marbuta

Nimirħu maż-Żmien

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Faraxa Publishing, Malta
Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies