MarioAzzopardi

1.

Bijografija

Mario Azzopardi huwa wieħed mill-poeti, il-kritiċi u d-diretturi tat-teatru l-aktar popolari. Huwa kien wieħed mill-fundaturi tal-Moviment Qawmien Letterarju fl-1967, u kien il-pijunier tal-letteratura New Wave f’Malta. Bħala kittieb ta’ ftit inibizzjoni, huwa pproduċa xogħol għall-palk, għar-radju, għat-televixin, u kien jikteb artikli ta’ opinjoni f’diversi gazzetti.

Mur fil-biblijografija

Azzopardi twieled il-Ħamrun fl-1944. Huwa studja fil-Kulleġġ tal-Għalliema u mbagħad gradwa mit-Teatru tal-Komunità. Fil-bidu tal-karriera tiegħu, għallem l-arti, it-teatru u l-letteratura Maltija, u aktar tard għallem it-teatru modern fl-Università ta’ Malta. Dejjem kien membru influwenti tal-Malta Drama Centre. Azzopardi kien ukoll l-editur tar-rivista letterarja xellugija Neo, u tas-supplimenti kulturali Spektrum u Fokus.

Azzopardi l-ewwel ippubblika poeżiji f’ġabriet kollaborattivi: Antenni (1968), Analiżi ’70 (1970), Mas-Sejħa tat-Tnabar: poeżiji (1971) u Dwal fil-Persjani (1972). Huwa esperimenta bl-istil, introduċa l-vers projettiv u anke mess ma’ temi projbiti bħas-sesswalità, l-awtorità, ir-reliġjon u l-ipokrezija. Ħafna mill-poeżiji tiegħu huma kważi konfessjonali, ispirati minn T.S. Eliot u l-poeti Beat, waqt li hu jaqsam l-esperjenzi tiegħu ta’ indottrinazzjoni u anke tal-vjaġġi ermetiċi tiegħu hu u jfittex l-identità.

Xi xogħlijiet importanti ta’ Azzopardi huma Demgħat tas-Silġ (1976), Passiflora (1977), Tabernakli (1979), Monokordi (1984), Noti mis-Sanatorju tal-Mistiċi (1995) u Alicia Titkellem mill-Imwiet u stejjer oħra (2007). Fil-poeżiji tiegħu dejjem ikun hemm messaġġ soċjali, xi ħaġa fuqiex taħseb waqt li Azzopardi joħloq djalogu mal-qarrej. F’Demgħat tas-Silġ u Monokordi hemm it-tiftixa għall-verità u għall-awtentiċità. Il-qarrej iħoss u huwa maqtugħ mill-poeżija nostalġika Maltija tas-soltu, lejn il-preżent u lejn il-possibbiltà ta’ profondità fl-esperjenza veritiera u produttiva tal-mument kif inhu, kif ukoll tal-possibbiltajiet li hemm lil hinn. Huwa jilgħab b’dak li hu tradizzjonali u jagħtina xi ħaġa mhux mistennija, xi ħaġa moderna imma personali. Fil-poeżija ta’ Azzopardi hemm ħafna għaddej, jintqal ħafna, jiġi trażmess ħafna, iżda forsi ta’ min japprezza wkoll il-kwiet f’poeżija bħal din, kif ukoll dak li ma jintqalx. F’xogħol riċenti, Azzopardi jesplora xenarji mudlama u skomdi. Alicia Titkellem mill-Imwiet hija antoloġija fuq il-pedofelija, l-aljenazzjoni, il-manipulazzjoni, l-użu tad-droga, ir-razziżmu u l-preġudizzju. Dawn huma stejjer inkwetanti, mhumiex biss differenti imma jirrikjedu qarrej ġdid, moħħ ġdid.

Dak li jintgħaraf fil-pinna t’Azzopardi huwa s-sens ta’ ironija tiegħu, il-protesta, l-ambigwità, id-drama, ir-responsabbiltà soċjali u l-faxxinu b’dak li hu makabru. Joqgħod attent ħafna għad-dettalji, imma fl-istess waqt, huwa vag; hemm sens dejjaq ta’ wġigħ u telfien li jgħaqqad kollox flimkien iżda fl-istess ħin iħalli xi ħaġa mixtieqa.

Xi ħaġa partikolarment kontradittorja hija t-tiftixa ta’ Azzopardi għall-identità; it-tiftixa tiegħu donnha għaddejja f’moħħu, imma l-ispirtu ribelluż tiegħu jmur kontra kwalunkwe forma ta’ tifsir. B’dawn il-modi Azzopardi eleva u ta l-ħajja lil-lingwa u l-ħsieb Malti. L-appell tiegħu? Biex nisimgħu lil dawk l-ilħna interni, ir-ritmi l-iżjed ġewwiena … u li nisfruttraw kull rokna.

Miktuba minn Ruth Bezzina u maqluba għall-Malti minn Sephora Francalanza

2.

Biblijografija

Baħar il-mewt u reċti oħra għall-istudenti

Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Luca Azzopardi
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers u l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, Malta

Ix-Xitan b’Denbu Aħmar u ħrejjef oħra għat-tfal u l-adolexxenti

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Luca Azzopardi
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Epistoli mid-Deżert: Poeżiji u Poesaġġi

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
BDL, Malta

Kitarri, Tombli u Teatrin: Id-divertiment tal-Maltin fl-Awstralja

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Verġni Sagri, Demonji u Boloh għal Alla: kitbiet dwar it-teatrikalità reliġjuża

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

“Our Petard God” & “Time Scandal”

fi “Transcript 38”
Poeżija
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Patricia Gatt
Pubblikazzjoni
Transcript, Wales

Il-Fabbrikant tal-Marjunetti: Poeżiji u Poesaġġi

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

M’hemmx bżonn siparju: kitbiet dwar it-teatru kontemporanju f’Malta

Proża
Malti
Editjar
Mario Azzopardi
Pubblikazzjoni
Ċentru tad-Drama M.A.Borg, Malta

Skizzi tal-Karnival: Poesaġġi

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
BDL, Malta

Vampir u rakkonti oħra

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

L-aħħar ġranet ta' Ciorni u rakkonti oħra

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Alicia titkellem mill-Imwiet u stejjer oħra

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Is-Sultana s-Sewda

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Nicole Diacono
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

It-Teatru f’Malta

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
PIN, Malta

Naked as Water

Poeżija
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Grazio Falzon
Illustrazzjoni
Thomas Cassidy
Pubblikazzjoni
Xenos Books, l-Istati Uniti tal-Amerka

Noti mis-Sanatorju tal-Mistiċi

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Independent Publishers, Malta
Xogħlijiet marbuta

An Asylum for Mystics

Poeżija
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Rowna Baldacchino
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

L-Antoloġija tan-Natura: Poeżija u Proża

Antoloġija
Malti
Editjar
Mario AzzopardiOliver Friggieri
Pubblikazzjoni
Is-Segretarjat għall-Ambjent, Malta

Monokordi: Poeżiji

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
PEG, Malta

Tabernakli

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Aquilina, Malta

Passiflora: poeżiji

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Demgħat tas-Silġ: poeżiji 1971-1976

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Lux Press, Malta

Dwal fil-Persjani

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Lux Press, Malta

Mas-Sejħa tat-Tnabar

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Lux Press, Malta

Malta: The New Poetry - An Anthology of Modern Maltese Verse

Poeżija
Malti
Editjar
Mario Azzopardi
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta

Analiżi ’70

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awturi

Antenni

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awturi
Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies