LoranneVella

1.

Bijografija

B’approċċ multidixxiplinarju li jaqsam il-konfini tal-ġeneru u tal-pjattaforma, xogħol Loranne Vella jkompli jikxef kif l-idjoma letterarja u drammatika Maltija hija kapaċi taddatta ruħha. B’karriera li tvarja mit-tagħlim sat-traduzzjoni, Vella ppubblikat ir-rumanz distopiku Rokit mal-Merlin Publishers fl-2018, li bih rebħet xi premji, u dan hu biss wieħed mill-eżempji tal-istorja tal-pubblikazzjoni twila u fejjieda tagħha mal-pubblikatur magħruf Malti.

Mur fil-biblijografija

Flimkien mal-kittieb kollega tagħha Simon Bartolo, Vella naqqxet isimha fl-istorja letterarja Maltija bit-triloġija tal-Fiddien lura fil-bidu tas-seklu 21, kotba li kisru r-rekords kollha tal-bejgħ u taw lil Malta l-perjodu ċkejken tagħha ta’ ġenn fuq il-fantasija għall-adolexxenti fi żmien il-furja fuq Harry Potter.

Vella kompliet tistħarreġ il-proża spekulattiva bil-ktieb Magna™ Mater (Merlin Publishers, 2011) u anke Rokit - it-tnejn jesploraw xenarji distopiċi immaġinarji li jinvolvu l-gżejjer Maltin, filwaqt li Rokit jitbiegħed daqsxejn mill-estetika tal-kotba għall-adolexxenti u joqrob aktar lejn rakkont oskur u kumpless ta’ vjaġġar fiż-żmien, ta’ rivoluzzjoni u l-bdil tal-identitajiet. Huwa rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-2018.

Iżda lil Vella mhux lakemm nistgħu npoġġuha f’xi kexxun.

Vella bdiet bħala għalliema fil-Kulleġġ San Alwiġi, u mbagħad bdiet tgħallem l-Istudji Teatrali fl-Università ta’ Malta fejn damet ħames snin. Illum taħdem bħala traduttriċi mal-Parlament Ewropew. Vella kienet waħda mill-fundaturi tal-grupp teatrali Aleateia, li sal-lum għadu notevoli għall-approċċ indipendenti tiegħu, u għall-impenn tiegħu li jipproduċi xogħol oriġinali fuq il-palk Malti f’xena li sfortunatament għadha aktar magħrufa għall-produzzjonijiet impurtati Ingliżi. Din xi ħaġa li Vella reġgħet qabdet magħha meta għenet biex jitwaqqaf il-Barumbara Collective ma’ grupp ta’ persuni wkoll involuti fl-arti performattiva fi Brussell. Il-ġabra ta’ novelli ta’ Vella, mill-bieb ’il ġewwa (Ede Books, 2019), li tinkludi kollaborazzjoni mal-fotografu Zvezdan Reljić, kienet il-bażi għall-produzzjoni interdixxiplinarja tal-Barumbara Collective li ttellgħet fil-Valletta Contemporary fl-2018. Traduzzjoni bl-Ingliż ta’ dan ix-xogħol għandha toħroġ din is-sena mill-pubblikatur żgħir Praspar Press, ibbażat fir-Renju Unit.

Vella reġgħet ikkollaborat ma’ Simon Bartolo biex tikteb il-lirika għad-dramm tiegħu Il-Ħanina Maddalena, ibbażat fuq perjodu partikolari fl-istorja, u mtella’ fil-Festival Internazzjonali tal-Arti f’Malta tal-2018. B’kollaborazzjoni mal-artist Trevor Borg u flimkien mal-kontribut tiegħu għall-padiljun ta’ Malta fil-Biennale ta’ Venezja fl-2019, ‘Cave of Darkness’, hija kitbet ktieb tat-tfal bl-istampi bl-isem Smajna isimna taħt l-art.

Vella traduċiet ukoll aktar minn għaxar kotba tat-tfal għall-Malti għal Merlin Publishers, u għadha tipproduċi x-xogħol għall-Barumbara Collective.

Miktuba minn Teodor Reljić u maqluba għall-Malti minn Sephora Francalanza

2.

Biblijografija

What Will it Take for Me to Leave

Proża
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Kat Storace
Pubblikazzjoni
Praspar Press, ir-Renju Unit

Smajna isimna taħt l-art

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Trevor Borg
Pubblikazzjoni
Il-Kunsill Malti għall-Arti u Heritage Malta, Malta

Mill-bieb 'il ġewwa

Proża
Malti
Kitba
Fotografija
Zvezdan Reljić
Pubblikazzjoni
Ede Books, Malta
Xogħlijiet marbuta

what will it take for me to leave

Proża
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Kat Storace
Pubblikazzjoni
Praspar Press, ir-Renju Unit

"Night"

"Il-lejl"
Antoloġija
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Kat Storace
Editjar
Jen Calleja Kat Storace

Il-Ħanina Maddalena

Musical
Malti
Kitba
Produzzjoni
Il-Festival Internazzjonali tal-Arti ta’ Malta

Scanje in hostije

f’“Wara Settembru”
Proża
Sloven
Kitba
Traduzzjoni
Miriam DrevRamon Zerafa
Editjar
Immanuel MifsudPeter Semolič
Pubblikazzjoni
Antologie Vilenice, is-Slovenja

It-tifel-dragun: Il-ktieb il-kbir tal-lejl

Proża
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Loranne Vella
Illustrazzjoni
Jérémie Fleury
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

It-Tfal tal-Labirint

Proża
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Loranne Vella
Illustrazzjoni
Gaëlle Hersent
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Rokit

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta
Xogħlijiet marbuta

المنزل رقم 36

Dar Nru 36
Proża
Għarbi
Kitba
Traduzzjoni
Walid Nabhan
Pubblikazzjoni
Dar Noon, l-Eġittu

Lisa u l-Kejkovoru

Proża
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Loranne Vella
Illustrazzjoni
Gérald Guerlais
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

L-Istilistini: L-ewwel sfilata ta’ Kate

Proża
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Loranne Vella
Illustrazzjoni
Shiilia
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Sara Ballerina: L-ewwel passi fuq il-palk

Proża
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Loranne Vella
Illustrazzjoni
Ariane Delrieu
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

L-Investigazzjonijiet ta’ Arkimeda Lapsi: Misteru fil-kamp tal-Indjani

Proża
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Loranne Vella
Illustrazzjoni
Carine Hinder
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Monumenti Misterjużi: L-Enigma tal-Kavallier

Proża
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Loranne Vella
Illustrazzjoni
Mary-Gaël Tramon
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Se jkollna robot? Le grazzi!

Proża
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Loranne Vella
Illustrazzjoni
Coralie Vallageas
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Kosmos Express: Il-Pjaneta Pprojbita

Proża
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Loranne Vella
Illustrazzjoni
Oriol Vidal
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Vjoletta

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Loranne Vella
Illustrazzjoni
Monsurós
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

L-Investigazzjonijiet ta’ Arkimeda Lapsi: Din iċ-ċajta min għamilha?

Proża
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Loranne Vella
Illustrazzjoni
Carine Hinder
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Kosmos Express: Il-Wikkiel tal-Pjaneti

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Traduzzjoni
Loranne Vella
Illustrazzjoni
Oriol Vidal
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Par widnejn kbar

Proża
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Loranne Vella
Illustrazzjoni
Yllya
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Se jkolli ħija żgħir? Le grazzi!

Proża
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Loranne Vella
Illustrazzjoni
Coralie Vallageas
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Merħba fir-Rifuġju ta’ Kobikisa!

Proża
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Loranne Vella
Illustrazzjoni
Madeleine Brunelet
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Dawn l-erbat ikmamar l'għandi

Proża
Malti
Ingliż
Kitba
Arti
Ritty Tacsum
Pubblikazzjoni
L-Awtriċi

Magna™ Mater

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Il-Ġnien tad-Dmugħ

It-Triloġija tal-Fiddien: It-tielet ktieb
Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Wied Wirdien

It-Triloġija tal-Fiddien: It-tieni ktieb
Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Sqaq l-Infern

It-Triloġija tal-Fiddien: L-ewwel ktieb
Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta
Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies