LeanneEllul

1.

Bijografija

Leanne Ellul bdiet tikteb il-poeżija qabel ma daret għall-proża għat-tfal u ż-żgħażagħ. Kitbet ukoll drammi, wieħed minnhom rebbieħ tal-Premju Francis Ebejer.

Mur fil-biblijografija

Fil-kitba tagħha għaż-żgħażagħ, Ellul għandha faxxinu u tipprova tesplora suġġetti sensittivi, bħalma huma l-mard terminali u l-kundizzjonijiet psikoloġiċi. Pereżempju l-protagonista ta’ Gramma (Merlin Publishers, 2015), l-ewwel rumanz tagħha, tbati minn kundizzjoni marbuta mal-ikel. Ir-rumanz li jmiss ta’ Ellul jindirizza l-ġrieħi li persuna tikkawża lilha nnifisha. Ellul tittratta suġġetti bħal dawn b’mod sottili, u tinfilsa fil-kitba tagħha l-umoriżmu u l-logħob bil-kliem – speċjalment bl-użu tal-paronomażja. Permezz ta’ mekkaniżmi stilistiċi bħal dawn, tevita l-klixejiet li għandhom it-tendenza jintużaw f’dan il-ġeneru, apparti l-fatt li t-trattament tal-problemi taż-żgħażagħ huwa prattikament minsi fil-kitba għal din l-udjenza. Filwaqt li tirreżisti l-idea li l-letteratura tintuża bħala għodda ta’ tagħlim jew biex timmoralizza, hija xorta waħda konxja tal-irwol indirett li għandha l-letteratura li tqajjem kuxjenza. Xogħolha parzjalment għandu l-intenzjoni li jindirizza l-lakuna fil-letteratura Maltija fuq suġġetti bħal dawn. Permezz tal-kreattività stilistika tagħha, il-mod kif Ellul tittratta suġġetti skomdi jsir esplorazzjoni tal-fraġilità u l-vulnerabbiltà tar-relazzjonijiet umani.

B’kuntrast mal-kitbiet tagħha għall-qarrejja żgħar, li jtaffu mis-serjetà tas-suġġett permezz tal-umoriżmu, il-kitbiet ta’ Ellul għall-adulti għandhom fil-qalba tagħhom avvenimenti ta’ diqa marbutin mal-familja, mal-imħabba, mat-telfien u mal-baħar. Minn naħa, hemm il-ħlewwa, il-kreattività u l-imħabba għall-mużika tan-Nanna Girasola fil-ktieb tat-tfal L-Istorja ta’ Seb it-Tieni (u ta’ Seb l-Ewwel ukoll) (Merlin Publishers, 2019), u min-naħa l-oħra hemm it-telfa ta’ nannitha stess, titbiegħed bid-daqq tas-sireni tal-ambulanza, fil-ġabra ta’ poeżija L-Inventarju tal-Kamra l-Kaħla (Merlin Publishers, 2020). Imma jkunu min ikunu l-qarrejja f’moħħ Ellul, il-karattri tagħha huma dejjem karattri mimlija ħajja, mogħnija b’element ta’ gost, kemm fid-deskrizzjoni tagħhom, kif ukoll fil-mod kif jitkellmu. Dak li ma jintqalx, l-ispazju bejn il-kliem, hu importanti daqs dak li jinkiteb.

Ellul tqis il-kitba bħala strument li jiftaħ spazju fejn tesplora temi u diskorsi kurrenti. Hija tiddeskrivi l-proċess tal-kitba tagħha bħala serje ta’ ċikli editorjali. Kittieba dixxiplinata; il-proċess tagħha tal-editjar iġegħelha tfettaq fid-dettalji tal-lingwa, li hi tqis bħala materjal tari, lest għat-tinqix. Hemm sens ta’ esplorazzjoni li jillibera fix-xogħlijiet ta’ Ellul, u dan jimmarka l-kitba tagħha u l-identità tagħha bħala awtriċi.

Bijografija miktuba minn Stephanie Xerri Agius u maqluba għall-Malti minn Sephora Francalanza

2.

Biblijografija

Il-Każ tal-Kappell ikkalibrat

Proża
Malti
Illustrazzjoni
Marisa Attard
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers

Il-Manifest tas-Siġar

Poeżija
Malti
Editjar
Antoine Cassar
Pubblikazzjoni
Ede Books

Bjuda

Poeżija
Malti
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Albert Gatt
Fotografija
Giola Cassar
Pubblikazzjoni
Aġenzija Żgħażagħ, Malta
Kompożizzjoni
Kenneth Sacco

Alice fl-Art tal-Għeġubijiet

Proża
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Clare AzzopardiLeanne Ellul
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Il-Fatat Kaħlani

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Romont Willy
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

“On within”, “On telling”

Poeżija
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Albert Gatt
Pubblikazzjoni
Odyssey.pm

Il-Mostru tal-Bajja tal-Ġnejna

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Maxime Lebrun
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

L-Inventarju tal-Kamra l-Kaħla

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Tinżel b’subgħajk

f’“Wiċċna”
Proża
Malti
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Maria Grech Ganado
Pubblikazzjoni
Ede Books, Malta

L-Ispettaklu Stupend Żanżan Kelma

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Traduzzjoni
Clare AzzopardiLeanne Ellul
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Noè u l-iskojjattlu bla kwiet – Lenti fuq l-ADHD

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Illustrazzjoni
Derek Fenech
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

L-Istorja ta’ Seb it-Tieni (u ta’ Seb L-Ewwel Ukoll)

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Traduzzjoni
Noémie Gionet Landry
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

“fuq ħalla”, “fuq bidu”, “fuq welled”, “fuq kamra”, “fuq mewti”

f’"Ġabra ta' Poeti Żgħażagħ Maltin"
Poeżija
Grieg
Kitba
Traduzzjoni
Antoine Cassar
Pubblikazzjoni
Bacchikon publications, il-Greċja u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Malta

L-Għarusa Karfusa – Il-Qarċilla

Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Direzzjoni
Jacob Piccinino
Produzzjoni
Teatru Malta, Festivals Malta, Karnival ta’ Malta & Il-Karnival ta’ Għawdex
Xogħlijiet marbuta

L-Għarusa Karfusa – Il-Qarċilla

Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Teatru Malta, Malta

Teresa

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Traduzzjoni
Clare AzzopardiLeanne Ellul
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Inħobbok!

Gosto de Ti
Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Traduzzjoni
Leanne Ellul
Illustrazzjoni
Sandra Serra
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Gramma

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Rumanzi għaż-Żgħażagħ
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta
Xogħlijiet marbuta

جرام

Proża
Għarbi
Kitba
Traduzzjoni
Emad AhmadAlbert Gatt
Pubblikazzjoni
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Malta u Manshurat al-Rabie Publications, l-Eġittu

Babica

f'“Wara Settembru”
Proża
Sloven
Kitba
Traduzzjoni
Miriam DrevAlbert Gatt
Editjar
Immanuel MifsudPeter Semolič
Pubblikazzjoni
Antologie Vilenice, is-Slovenja

Gram

Proża
Olandiż
Kitba
Traduzzjoni
Hedwig TerpstraAlbert Gatt
Pubblikazzjoni
Ensafh, in-Netherlands

Baxà

Proża
Ċiniż
Kitba
Traduzzjoni
Albert Gatt
Pubblikazzjoni
Flash Europa 28, iċ-Ċina

Ma Rridx Immur

Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Francis Ebejer
Direzzjoni
Jimmy Grima
Produzzjoni
Il-Kunsill Malti għall-Arti, Teatru Manoel u the rubberbodies collective

Metamorfosi

Ktieb imnebbaħ minn Rużar Briffa
Varji
Malti
Editjar
Kit AzzopardiLeanne Ellul
Pubblikazzjoni
Għaqda tal-Malti – Università, Malta

Marjelena

Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Direzzjoni
Josette Ciappara
Produzzjoni
The Bakkanti Troupe

"Fil-fili"

f’"Ex-Voto"
Varji
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtriċi, Heritage Malta u l-Kunsill Malti għall-Arti, Malta
Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies