KatStorace

1.

Bijografija

Kat Storace tgħix Londra u hija kittieba, editriċi u traduttriċi. Il-kurżità tagħha dwar x’jagħmel l-identità Maltija u l-ħerqa tagħha biex tesplora aktar dwar din l-identità, wasslithabiex twaqqaf Praspar Press flimkien ma’ Jen Calleja.

Mur fil-biblijografija

Praspar Press għandha l-għan li tippreżenta letteratura Maltija kontemporanja miktuba bl-Ingliż kif ukoll traduzzjonijiet għall-Ingliż. Praspar Press tfittex li tibni pont u timla vojt: billi tippermetti xogħlijiet Maltin jiġu ppubblikati fir-Renju Unit u għalhekk jilħqu udjenza usa’.


Storace twieldet Ħal Balzan fl-1987. Mill-Università ta’ Malta kisbet Baċellerat fl-Ingliż u segwiet dan b’Maġisteru fil-Letteratura u l-Kritika Moderna u Kontemporanja. Wara kisbet Maġisteru ieħor fil-Pubblikazzjoni mill-Università ta’ Brookes. Meta kienet għadha Malta, kienet id-deputat editriċi u wara l-editriċi tas-Sunday Circle. Storace hija lettriċi mistiedna mid-Dipartiment tal-Ingliż tal-Università ta’ Malta dwar il-Lingwistika. F’Londra kellha karigi ma’ Faber and Faber, u kienet ukoll l-istrateġista kurattiva ta’ Gunter Piekarski.


Storace ttraduċiet mill-Malti għall-Ingliż Mill-bieb ’il ġewwa ta’ Loranne Vella bl-isem ta’ What Will it Take for Me to Leave (2021). Din it-traduzzjoni daħlet fil-lista finali tal-ewwel Premju għat-Traduzzjoni tas-Soċjetà tal-Awturi li sar fl-2022. Din il-ġabra ta’ novelli ddur madwar diversi karattri huma u għaddejjin jilagħbu l-logħba tal-ħajja. Naraw kif il-vuċijiet tagħhom jinbidlu waqt li jinbidlu huma, u dawn iwassal biex il-qarrejja jindagaw it-termini ta’ impenn magħhom infushom u ma’ ħaddieħor, kif ukoll maż-żmien u l-post. Il-kitba hija kkumplimentata minn ritratti meħuda minn Zvezdan Reljić.


Permezz ta’ Praspar Press, Storace u Calleja editjaw u ppublikaw is-serje Scintillas: New Maltese Writing. Dawn l-edizzjonijiet iqiegħdu ħdejn xulxin proża, poeżija u letteratura mhux fittizja, waqt li li jaqsmuhom f’żewġ taqsimiet marbutin ma’ xulxin. L-ewwel edizzjoni, li ħarġet fl-2021, qasmet ix-xogħlijiet meditattivi fit-taqsima ‘Fables/Ħrejjef’ u f’‘Reflections/Riflessi’. It-tieni edizzjoni, li ħarġet fl-2022 tesplora l-istaġuni kollha tal-ħajja u hija maqsuma fit-taqsima ‘Juice/Meraq’ u ‘Skin/Qoxra’. It-tielet edizzjoni tas-serje Scintillas se tiġi ppubblikata f’Novembru tal-2023.


Storace interessata li tkompli l-esplorazzjoni tagħha tal-memoir u tal-kitba mhux fittizja kreattiva kif ukoll tal-kitba tal-esejs. Għaliha, m’hemmx lingwa unika għall-istorja li tiddefinixxi vuċi, partikolarment dik Maltija, jew għal xi jfisser li tkun Maltija. Temmen li bħala kittieba, u bħala nazzjon, għadna lanqas biss bdejna fuq din ir-realtà jew forsi realtajiet. Hemm ukoll il-faxxinu fl-isfida li tpoġġi suba’ fuq stampa li dejjem qed timxi, dejjem tevolvi – il-ġlieda biex tqiegħed il-mera f’post u ssib fiha r-riflessjoni tiegħek innifsek riflessa ċara ma’ ta’ oħrajn. Hemm tant saffi li għadhom iridu jiġu skavati, tant similaritajiet u tant differenzi, u forsi hija l-uniċità f’dan kollu li tfakkarna min aħna u x’inhuma l-prinċipji tagħna.


2.

Biblijografija

Scintillas: New Maltese Writing 3

Antoloġija
Ingliż
Kitba
Editjar
Jen CallejaKat Storace
Pubblikazzjoni
Praspar Press, ir-Renju Unit

Scintillas: New Maltese Writing 2

Antoloġija
Ingliż
Kitba
Editjar
Jen CallejaKat Storace
Pubblikazzjoni
Praspar Press, ir-Renju Unit

What Will it Take for Me to Leave

Proża
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Kat Storace
Pubblikazzjoni
Praspar Press, ir-Renju Unit

Scintillas: New Maltese Writing 1

Antoloġija
Ingliż
Kitba
Editjar
Jen CallejaKat Storace
Pubblikazzjoni
Praspar Press, ir-Renju Unit
Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies