JohnAquilina

1.

Bijografija

Minkejja li jgħid hu stess li huwa barrani fil-qasam letterarju peress li studja l-matematika u bena karriera fis-settur finanzjarju, il-poeta John Aquilina xorta jidher li sar parti mix-xena letterarja Maltija.

Mur fil-biblijografija

Imwieled Ħ’Attard fl-1977, Aquilina resaq l-ewwel lejn il-poeżija Maltija bis-saħħa tax-xandiriet fuq ir-radju ta’ Oliver Friggieri, li x-xandir tiegħu dwar kwistjonijiet letterarji lokali kellu effett profond fuq Aquilina meta kien għadu żgħir. Fil-fatt jgħid b’ċertezza li dawn ix-xandiriet salvawh. Issa jħares lejn il-poeżija tal-ġenerazzjoni ta’ Friggieri bħala dik li ħalliet l-akbar marka fuq l-apprezzament letterarju tiegħu, u eventwalment, fuq il-proċess tiegħu tal-kitba, partikolarment fuq l-użu regolari tiegħu tal-endekasillabu. Aquilina għandu wkoll dejn letterarju mal-awtur u d-drammaturgu bilingwi Francis Ebejer, kif ukoll max-xogħlijiet ta’ Frans Sammut u Alfred Sant.

L-ewwel kitbiet li ħarbex meta kellu 14-il sena kienu l-prodotti meħtieġa ta’ vuċi żagħżugħa li kienet għadha qed issib saqajha, u l-esplorazzjonijiet bikrin tiegħu fil-qasam kellhom rispons li forsi huwa tipiku ta’ dawk kollha li jiġu relattivament tard: il-biża’ – jew, fi kliem Aquilina stess, il-paniku kbir – li wieħed ikun jaf li ma qarax biżżejjed.

Fortunatament, l-ansjetà ta’ Aquilina ma kinitx b’saħħitha biżżejjed biex twasslu jitfa’ xogħlu għall-ġenb kompletament, u eventwalment sab il-kuraġġ li jagħżel xi versi ta’ sugu minn dawk li kiteb. Huwa kiseb l-għajnuna sinifikanti tal-poeti Immanuel Mifsud u Adrian Grima biex jagħmel dan, li ltaqa’ magħhom ‘elettronikament’ imma li magħhom nibbet ħbiberija ta’ fejda minn dakinhar ’l hawn.

Ftit wara wasal għall-pubblikazzjoni ta’ xogħlu, bl-ewwel antoloġija tiegħu Leħnek il-Libsa Tiegħi (Edizzjoni Skarta, 2010), segwita minn Tluq (Edizzjoni Skarta) fl-2019. L-ewwel antoloġija ta’ Aquilina tixhed it-tendenza tal-poeta li jkun l-agħar kritiku tiegħu nnifsu, peress li filwaqt li l-ġabra tkopri 15-il sena ta’ kitba, ftit tinkludi poeżiji mill-materjal bikri tal-poeta. Intant, huwa jgħid li l-poeżiji fi Tluq ġejjin minn telfa li tibqa’ tagħtih x’jikteb, u li huma msawrin mill-kunsiderazzjoni ta’ x’jiġifieri li wieħed ikun ifisser xi ħaġa differenti fil-ħajja ta’ diversi persuni.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ta l-Premju tal-Poeta Lawreat lil Aquilina fl-2020. Hu joqgħod Londra.

Bijografija miktuba minn Teodor Reljić u maqluba għall-Malti minn Sephora Francalanza

2.

Biblijografija

Tluq

Poeżija
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Edizzjoni Skarta, Malta

Leħnek il-Libsa Tiegħi

Poeżija
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Edizzjoni Skarta, Malta
Xogħlijiet marbuta

Għażla ta' poeżiji / Selection of poems

f'“Wara Settembru”
Poeżija
Sloven
Kitba
Traduzzjoni
Andrej Pleterski
Editjar
Immanuel MifsudPeter Semolič
Pubblikazzjoni
Antologie Vilenice, is-Slovenja

Ta voix m'habille

Poeżija
Franċiż
Kitba
Traduzzjoni
Elizabeth Grech
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Malta
Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies