GlenCalleja

1.

Bijografija

Glen Calleja ġej minn sfond ta’ teatru esperimentattiv imsawwar fi tradizzjoni fejn xogħol l-attur jitqies bħala proċess ta’ riċerka, u ilu dawn l-aħħar snin jaħdem bħala legatur tal-kotba. Huwa jemmen li x-xogħol bl-idejn huwa dak li jwassal għal esperjenza li tittraxxendi, u din il-fehma tiegħu tagħġen l-etika tax-xogħol tiegħu.

Mur fil-biblijografija

Ix-xogħol letterarju ta’ Calleja huwa dwar il-ħolqien u s-sovverżjoni tax-xbihat. Huwa juża dan bħala l-bażi fuqiex jagħti jew jistieden rispons affettiv u estetiku. Iħaffer fil-fond ta’ stejjer li jmissu l-umanità, u jiskava s-saffi li jostru u jiżvelaw ir-relazzjoni problematika li għandna ma’ min aħna, fejn qegħdin u ma’ min.

Iswed Assolut (Pubblikazzjoni Kopin, 2016), pereżempju, hija ġabra ta’ poeżiji li tesplora n-narrattivi differenti tal-(im)migrazzjoni Afrikana lejn Malta u l-bqija tal-Ewropa. Kull paġna għandha lista nnumerata ta’ versi u kull sett ta’ numri joħloq biċċa separata. L-importanza ta’ kull vers hija enfasizzata: wieħed huwa mġiegħel jieqaf ftit wara li jkun qara vers, qabel ma jimxi għal li jmiss. Id-diskors fil-midja u fl-isfera politika fuq l-(im)migrazzjoni ħafna drabi jiffoka fuq in-numri, il-figuri u l-istatistika, u rari jiffoka fuq il-bnedmin. Hu u jagħżel din il-forma partikolari, Calleja jagħti struttura differenti lill-istejjer fuq individwi veri, iżda li jitħallew bla isem, u jagħtihom il-leħen individwali tagħhom.

B’dan il-mod, Calleja jittraxxendi realtà u jidħol f’oħra. It-tifsir u l-konfini huma sfidati kontinwament, (ri)negozjati u (ri)immaġinati b’modi varji, u wieħed irid jaċċetta dan biex jifhem xogħol Calleja. Ir-Raġel (AWL, 2010) kienet installazzjoni tal-poeżija mtellgħa bħala meditazzjoni fuq kostruzzjonijiet li jiddeskrivu u jiddefinixxu l-ideat tal-maskulinità fil-Punent. Calleja qies il-fiżikalità u l-permanenza tal-ktieb simboliċi tal-awtorità eġemonika, u għalhekk, minflok ma t-test ġie stampat fuq il-paġni, inkiteb bl-id fuq il-ħitan ta’ residenza privata. Ingħata wkoll numru tal-ISBN, iżda 24 siegħa wara, il-ħajt reġa’ ngħata ż-żebgħa. B’hekk inxteħet dubju fuq il-forma tal-ktieb bħala korp awtorevoli u awtoritattiv. Ingħata forma oħra li wriet il-fluwidità, l-effimerità u l-impermanenza tiegħu (bħala memorja, bħala rikordji fotografiċi, bħala avveniment dokumentat).

F’kull flgħaxija kif mal-għabex tnin u tmut saħħet il-jum (ippubblikat minnu stess, 2014), Calleja jiddekostruwixxi u jiddekontestwalizza stejjer ta’ pazjenti bil-kanċer, u jagħtihom ħajja ġdida bħala poeżiji li jirriflettu n-narrattiva tqila u intima fl-istess ħin. Huwa intervista lill-pazjenti u minnhom evoka stampi li provdewh b’katalgu ta’ kif kull persuna tħossha minn ġewwa, ta’ ġabra ta’ memorji ta’ ħajja mgħixa lil hinn minn sempliċi dijanjosi. Għal darb’oħra, Calleja wera kif il-kunċett mistur jestendi lil hinn sew mis-suġġett, u kif l-interazzjoni bejn it-tnejn tista’ tkun trasformattiva.

Bijografija miktuba minn Noel Tanti u maqluba għall-Malti minn Sephora Francalanza

2.

Biblijografija

Tessie

Varji
Malti
Ingliż
Kitba
Fotografija
Giola Cassar
Pubblikazzjoni
L-Awturi u l-Kunsill Malti għall-Arti, Malta

Għażla ta' poeżiji / Selection of poems

fi “Voix Vives de Méditerranée en Méditerranée”
Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Voix Vives de Méditerranée en Méditerranée, Franza

Stejjer mid-djar tagħna

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Il-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà u ċ-Ċentru Nazzjonali tar-Riċerka dwar il-Familja, Malta

Sal-Quċċata tal-Everest

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Never Arrive

Proża
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
Kopin, Malta

Iswed Assolut

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Kopin, Malta

"tini. sib. trid. dawwal. armi"

f'"Ex-Voto"
Varji
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur, Heritage Malta u l-Kunsill Malti għall-Arti, Malta

Kull flgħaxija kif mal-għabex tnin u tmut saħħet il-jum

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur u l-Kunsill Malti għall-Arti, Malta
Xogħlijiet marbuta

Un asteroid fără umbră

Poeżija
Rumen
Kitba
Traduzzjoni
Claudiu KomartinRadu Niţescu
Pubblikazzjoni
Casa de Editură Max Blecher, ir-Rumanija

VV: Viva l-Vitorja

Proża
Ingliż
Kitba
Fotografija
Ruben Buhagiar
Pubblikazzjoni
Kunsill Lokali Naxxar, Malta

Tkeċnir

Varji
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Pubblikaturi AWL, Malta

Ir-Raġel

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Pubblikaturi AWL, Malta

eeeeeee!

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Pubblikaturi AWL, Malta

eki t'eki

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Pubblikaturi AWL, Malta
Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies