ElizabethGrech

1.

Bijografija

Il-poeta Maltija Elizabeth Grech illum tqis lil Franza bħala d-dar tagħha, dik li sawret l-identità u l-attitudni tagħha mhux biss bħala poeta, imma anke bħala mara u bħala omm. L-elementi Pariġini u l-imħabba tagħha lejn il-kultura Franċiża faċli jintgħarfu fil-kitbiet tagħha. Fuq kollox, hemm dikjarazzjoni ċara tal-imħabba tagħha lejn il-lingwi, kemm jekk il-Malti, il-Franċiż, jew it-Taljan.

Mur fil-biblijografija

Konsegwentement, din l-imħabba wasslitha biex taħdem fil-qasam tat-traduzzjoni għal tmien snin, esperjenza li seddqitha bl-għarfien fuq il-kumplessitajiet tal-lingwa. Servietha wkoll bħala bażi biex tesperimenta bil-flessibbiltà u bil-freskezza ta’ lingwi differenti. Għal Grech, l-istil huwa fluwidu u dinamiku billi jressaqha lejn użu tal-lingwa b’modi mhux mistennija.

Permezz tal-poeżija, Grech toħloq kitbiet li jimxu ma’ fejn sejra l-qalb, u jirreżistu ħafna ħsibijiet żejda. L-intuwizzjonijiet tagħha mhumiex sfurzati, imma jħalluha taqbad mument partikolari u tfissru. Għalkemm dan il-mument jaf ikun effimeru, huwa mument ġej minn leħen Elizabeth Grech, imma ma jdumx ma jmur lil hinn mill-ispazju fiżiku; aktar ma jgħaddi ż-żmien, il-poeżija tmur lil hinn mill-poeta, il-leħen jinbidel f’persona oħra.

Grech tixbah lil dak li f’xogħlu, jittrasforma l-likwidu f’materjal solidu, għax il-poeżija sservi ta’ trasformazzjoni għall-persuna li ħolqitha. Hija temmen li tul iż-żmien, hi ma tibqax l-istess persuna li tkun kitbet il-poeżiji. Minkejja d-diżassoċjazzjoni personali bejn Grech u xogħolha, il-poeżiji bħala test jew bħala avvenimenti mhumiex kompletament maqtugħin mill-kuntesti soċjopolitiċi tagħhom. Filwaqt li Grech ma tippreżentax il-poeżija tagħha bl-intenzjoni li sservi ta’ forma ta’ attiviżmu, hija tiddikjara li l-att ta’ kreazzjoni għandu mnejn ikun wieħed militanti.

Minkejja l-perspettiva ta’ attivista, is-suġġetti diskussi fil-poeżiji ta’ Grech huma personali ħafna. L-ewwel ġabra ta’ poeżiji tagħha bejn baħar u baħar (Merlin Publishers, 2019) tħares lejn il-qofol ta’ żewġ elementi ċentrali fix-xogħlijiet tagħha: l-elementi naturali u l-konnessjonijiet umani importanti, inkluż it-telfa ta’ missierha. Element naturali figurattiv partikolari li jidher fix-xogħol ta’ Grech huwa l-qamar, li simbolikament huwa marbut mal-fertilità u l-maternità, żewġ temi li jitfaċċaw fix-xogħol tagħha li jittratta konverżazzjonijiet ma’ wliedha, konverżazzjonijiet karatterizzati mill-innoċenza u s-sempliċità fil-lingwa tat-tfal, iżda li għandhom ukoll profondità msejsa fl-immaġinazzjoni bla limiti tat-tfal.

B’għażla wiesgħa ta’ stediniet, intervisti, u proġetti ta’ poeżija u traduzzjoni, ix-xogħlijiet ta’ Grech ġejjin minn 20 sena ta’ esperjenza u jirrappreżentaw vjaġġ spiritwali fiha nnifisha u fl-identità tagħha bħala mara, bint, omm, mara miżżewġa, u ħabiba. Bħall-qamar ċikliku u l-baħar li dejjem jinbidel, ix-xogħlijiet tagħha jduru dawra sħiħa b’modi sinifikanti, huma u jsegwu r-ritmu spontanju tal-ħajja u l-ħafna ċaqliq dinamiku tagħha.

Bijografija miktuba minn Stephanie Xerri Agius u maqluba għall-Malti minn Sephora Francalanza

2.

Biblijografija

Bejn baħar u baħar

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta
Xogħlijiet marbuta

"Je suis femme"

f'"L’Ephémère – 88 plaisirs fugaces"
Poeżija
Franċiż
Kitba
Traduzzjoni
Elizabeth GrechPhilippe Parizot
Editjar
Thierry RenardBruno Doucey
Pubblikazzjoni
Éditions Bruno Doucey, Franza

Bejn baħar u baħar

Poeżija
Spanjol
Kitba
Traduzzjoni
Marisol Bohorquez Godoy
Pubblikazzjoni
ÆREA Revista Hispanoamericana de Poesía, Spanja

Μετέωρες χώρες

Meteores Xores
Poeżija
Grieg
Kitba
Traduzzjoni
Ioanna Karamali
Pubblikazzjoni
Vakxikon, il-Greċja

Terre Sospese

Poeżija
Taljan
Kitba
Traduzzjoni
Virginia MonteforteMassimo Barilla
Pubblikazzjoni
Capire Edizioni, l-Italja

"Islands" & "Sea"

“Islands” u “Sea”
Poeżija
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Albert GattKenneth Scicluna
Pubblikazzjoni
Odyssey.pm

"La femme endormie"

Poeżija
Franċiż
Kitba
Traduzzjoni
Philippe ParizotElizabeth Grech
Pubblikazzjoni
Babelmed.net

"Ta langue"

"Leħnek"
Poeżija
Franċiż
Kitba
Traduzzjoni
Elizabeth GrechPhilippe Parizot
Pubblikazzjoni
Terres de femmes, Angèle Paoli

"Stilel", "Étoiles", "Stelle"

Poeżija
Malti
Taljan
Franċiż
Kitba
Traduzzjoni
Elizabeth GrechCostanza Ferrini
Pubblikazzjoni
Zizzanie, Mincione Edizioni, l-Italja

"New Stories"

Poeżija
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
Poetry Bay, l-Istati Uniti tal-Amerka

Kidane

Ktieb bl-istampi
Franċiż
Kitba
Traduzzjoni
Elizabeth Grech
Illustrazzjoni
Marisa Attard
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Malta

Luggage/Bagage

Poeżija
Ingliż
Franċiż
Kitba
Traduzzjoni
Elizabeth Grech
Pubblikazzjoni
Word and Deed Publishing, il-Kanada

Ta voix m'habille

Poeżija
Franċiż
Kitba
Traduzzjoni
Elizabeth Grech
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Malta

"Jour 9"

Poeżija
Franċiż
Kitba
Traduzzjoni
Elizabeth Grech
Pubblikazzjoni
Poésie et Cinéma, Bacchanales n°56, Maison de la poésie Rhône Alpes, Saint Martin d'Hères, Franza

"Le Patrimoine du père"

Poeżija
Franċiż
Kitba
Traduzzjoni
Elizabeth Grech
Pubblikazzjoni
Voix Vives de Méditerranée en Méditerranée (antoloġija), Franza

Ici arrivent les mouettes

Hawn Jidħol il-Gawwi
Poeżija
Malti
Franċiż
Kitba
Traduzzjoni
Elizabeth Grech
Pubblikazzjoni
Fondation de Malte, Malta

Passeport

Poeżija
Franċiż
Kitba
Traduzzjoni
Elizabeth Grech
Pubblikazzjoni
Les éditions Faï fioc, Franza
Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies