ClaudiaGauci

1.

Bijografija

Imwielda fl-1976, il-poeta, traduttriċi u għalliema Claudia Gauci bdiet tikteb il-poeżija lejn tmiem żgħożitha, bl-inkoraġġiment li tawha meta raw xi tentattivi bikrin tagħha xi għalliema li kienu jispirawha. Mill-esperimenti bikrin bil-katarsi u bl-awtoriflessjoni adolexxenti gradwalment bdiet miexja lejn esplorazzjonijiet iżjed irfinati tal-imħabba u l-mewt. Dan wassal biex Gauci tippubblika l-ewwel ġabra tal-poeżija tagħha, Sekonda Qabel Tqum, fl-2012.

Mur fil-biblijografija

Ippubblikata minn Edizzjoni Skarta, din l-ewwel ġabra ta’ Gauci, kif stqarret hi stess, tinkludi ‘ruħ’ il-poeta żagħżugħa, li temmen li l-ġabra hija rappreżentattiva tal-psike tagħha meta kellha bejn 18 u 25 sena. L-aħħar nofs tagħha jesplora vjaġġ aktar ‘matur’ u onest ta’ riflessjoni fuq it-tfulija, tar-relazzjonijiet u l-mortalità. Din il-ġabra bilingwi hija wkoll xhieda tal-konnessjoni ta’ Gauci mal-komunità letterarja usa’ li tiddefinixxi lilha u lil xogħolha, billi tinkludi kollaborazzjonijiet kreattivi u bbażati fuq it-traduzzjoni ma’ diversi poeti lokali, fosthom mal-poeta veterana Maria Grech Ganado.

Qabel ippubblikat Sekonda Qabel Tqum, Gauci ħadmet bħala traduttriċi mal-Kummissjoni Ewropea fil-Lussemburgu u anke għal rasha. Bħalissa tgħallem il-Malti fi skola sekondarja privata fuq bażi full-time, u tgħallem il-kritika letterarja lill-istudenti tal-postsekondarja fuq bażi part-time.

L-esperjenza ta’ Gauci fit-traduzzjoni ċertament ħejjietha għall-aħħar proġett kbir tagħha: it-tmexxija tal-inizjattiva Poetry in Potato Bags (2017), ‘skambju poetiku’ internazzjonali permezz ta’ rabtiet agrikulturali bejn Malta u l-belt Olandiża-Friżjana Leeuwarden, b’kollaborazzjoni mal-għaqda volontarja letterarja Inizjamed u ma’ Valletta 2018 - l-entità li dak iż-żmien kienet qed tmexxi l-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura li dik is-sena kienet il-belt kapitali ta’ Malta. Gauci ħadet ħsieb it-traduzzjoni u l-editjar tal-pubblikazzjoni li ħarġet mill-proġett, Poetic Potatoes, li kienet tinkludi poeżiji bil-Malti, bl-Ingliż u bl-Olandiż.

Hi u taħdem fuq ġabra ġdida ta’ poeżija, Gauci qed tmidd riġlejha wkoll fil-qasam tal-proża għall-ewwel darba, li hi tgħid se tkun ħarsa 'antropoloġika' lejn familtha. Lil hinn minn rakkont awtobijografiku, b’dal-ktieb Gauci trid “titfa’ dawl fuq dak li kien komuni, moħbi jew li ma ngħatax biżżejjed importanza f’dar modesta fejn kibru tmint itfal lura fl-40ijiet u l-50ijiet.”

Miktuba minn Teodor Reljić u maqluba għall-Malti minn Sephora Francalanza

2.

Biblijografija

Kelb jismu Wuff

A Dog Called Woof
Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Claudia Gauci
Illustrazzjoni
Romont Willy
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

L-Annimali ta’ Danny

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Claudia Gauci
Illustrazzjoni
Alexandra Colombo
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Ir-Regoli ta’ Danny

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Claudia Gauci
Illustrazzjoni
Alexandra Colombo
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Il-Problemi ta’ Danny

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Claudia Gauci
Illustrazzjoni
Alexandra Colombo
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Poetic Potatoes – Poetry in Potato Bags

Varji
Malti
Olandiż
Ingliż
Editjar
Claudia Gauci
Pubblikazzjoni
Inizjamed, Valletta 2018 u Leeuwarden 2018, Malta u n-Netherlands

Magni taż-Żmien

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Traduzzjoni
Claudia Gauci
Illustrazzjoni
Romont Willy
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Din mhix tazza

Proża
Malti
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Claudia Gauci
Editjar
Clare AzzopardiNathalie GrimaSara Falconi
Pubblikazzjoni
L-Awturi u l-Kunsill Malti għall-Arti, Malta

Sekonda qabel tqum

Poeżija
Malti
Ingliż
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Traduzzjoni
Mark Anthony FenechAlbert GattMaria Grech GanadoAntoine Cassar
Pubblikazzjoni
Edizzjoni Skarta, Malta
Xogħlijiet marbuta

Għażla ta' poeżiji / Selection of poems

f'“Wara Settembru”
Poeżija
Sloven
Kitba
Traduzzjoni
Ana PepelnikAlbert GattMaria Grech Ganado Antoine Cassar
Editjar
Immanuel MifsudPeter Semolič
Pubblikazzjoni
Antologie Vilenice, is-Slovenja
Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies