ClareAzzopardi

1.

Bijografija

Clare Azzopardi hija awtriċi, edukatriċi u traduttriċi li rebħet diversi premji. Apparti l-kitba tan-novelli, ir-rumanzi u d-drammi, Azzopardi hija magħrufa sew mal-qarrejja ż-żgħar billi kitbet xogħlijiet għat-tfal li jitilqu lil hinn mill-forma u l-kontenut tradizzjonali tal-istess ġeneru.

Mur fil-biblijografija

Ix-xogħlijiet teatrali ta’ Azzopardi nisslu reazzjonijiet imqanqlin fil-pubbliku, partikolarment minħabba l-immedjatezza tat-teatru. Id-drammi tagħha – li minnhom, wieħed ġie ppubblikat, L-Interdett taħt is-Sodda (Merlin Publishers, 2010) – sikwit huma politiċi jew imlewnin b’messaġġi soċjali sottili. Eżempju ta’ dan hu l-pożizzjoni li tieħu Azzopardi fuq il-ġentrifikazzjoni tal-Belt Valletta a skapitu tar-residenti fid-dramm iżjed riċenti Tebut Isfar (2019). Din ir-riflessjoni fuq kwistjonijiet soċjopolitiċi tirrendi lil Azzopardi kittieba b’kuxjenza soċjali.

Azzopardi x’aktarx hija magħrufa l-aktar għat-tieni ġabra tagħha ta’ novelli, Kulħadd ħalla isem warajh (Merlin Publishers, 2014), li ġiet tradotta għall-Ingliż, għat-Taljan, għall-Għarbi, għall-Isloven, għall-Ungeriż u għall-Kroat. Il-ktieb, li rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għan-Novelli fl-2015, jikkonsisti fi tmien stejjer, u kull waħda minnhom hija dwar (u msemmija għal) mara differenti. L-istejjer huma minsuġin flimkien b’temi li jorbtu l-ħajjiet individwali tan-nisa, il-karatteristiċi tagħhom u l-isfidi li jaffaċċjaw. Huma stejjer fittizji, imma f’sens fundamentali, huma stejjer veri li jperrċu dak li normalment jinżamm mistur.

Tħassib simili fuq il-limiti fraġli bejn dak li hu finzjoni u dak li hu storiku hu evidenti fi wħud mix-xogħlijiet l-oħra ta’ Azzopardi li, ħafna drabi, huma msejsa f’kuntesti soċjopolitiċi. Ir-rumanz tagħha Castillo (2018) huwa ambjentat fil-gżejjer Maltin waqt is-snin politiċi mqallbin tat-tmeninijiet. Ir-rumanz jiddevja kemxejn mix-xogħlijiet l-oħra ta’ Azzopardi, billi jinkludi fih elementi tal-ġeneru polizjesk. Dan ir-rumanz joftomha minn kittieba oħra fix-xena letterarja Maltija, billi dan huwa perjodu fl-istorja ta’ Malta li dwaru nkiteb relattivament ftit. Minn naħa, Castillo jista’ jitqies bħala proża polizjeska (li kieku jagħmel lil Azzopardi, jew tal-anqas lill-karattru fittizju tagħha K. Penza, l-ewwel kittieba Maltija mara li qed tikteb dal-ġeneru). Fl-istess waqt, l-awtriċi ddaħħal il-metaproża fil-plott, u għalhekk ir-rumanz stilistikament għandu ħafna dimensjonijiet, bl-infilsar ta’ dinjiet fittizji tar-rumanzi polizjeski fil-ktieb, mal-avvenimenti storiċi li kienu qed jiġru fil-pajjiż dak iż-żmien.

Minkejja l-kwistjonijiet soċjopolitiċi li jispiraw ix-xogħlijiet ta’ Azzopardi għall-adulti, hija tirrifjuta li taddotta pożizzjoni moralizzanti, u tavviċina l-kitba bil-passjoni tagħha għall-esperimentazzjoni. Lil hinn mill-kuntesti u ż-żminijiet li fihom iseħħu l-kitbiet tagħha, Azzopardi primarjament tibqa’ ffukata fuq u miġbuda lejn l-individwi bl-istejjer uniċi tagħhom, u huma dawn li jikkaratterizzaw xogħolha b’laqtiet personali u li jintgħarfu. Fl-aħħar mill-aħħar, il-mixja ta’ Azzopardi fil-kitba tmur lil hinn miż-żmien u mill-post, u toħloq opportunitajiet għal relazzjoni iżjed flessibbli u komunikattiva mal-qarrejja tagħha.

Bijografija miktuba minn Stephanie Xerri Agius u maqluba għall-Malti minn Sephora Francalanza

2.

Biblijografija

#Noħlomlixidarba

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Illustrazzjoni
Naomi Gatt
Pubblikazzjoni
Servizzi Ewropej f'Malta

Alice fl-Art tal-Għeġubijiet

Proża
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Clare AzzopardiLeanne Ellul
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Il-Fatat Kaħlani

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Romont Willy
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Sura

Poeżija
Malti
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Albert Gatt
Arti
Glen CallejaLori SauerElyse Tonna Giola Cassar
Pubblikazzjoni
L-Awturi u l-Kunsill Malti għall-Arti, Malta

Ors fl-ispazju

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Traduzzjoni
Clare Azzopardi
Illustrazzjoni
Marjorie Crosby-Fairall
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Il-Wied tal-Lupu l-Aħmar – Is-Sħaħar ta' Petut

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Deandra Scicluna
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Il-Qtates ta' max-Xatt

Librett
Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Kompożizzjoni
Euchar Gravina
Direzzjoni
Denise Mulholland
Produzzjoni
Teatru Malta

Meta mmur għand sieħbi Carlos

¡Qué suerte tengo!
Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Clare Azzopardi
Illustrazzjoni
Juan Camilo Mayorga
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Iċ-Ċkejken Prinċep

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Clare Azzopardi
Illustrazzjoni
Valeria Docampo
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

L-Ispettaklu Stupend Żanżan Kelma

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Traduzzjoni
Clare AzzopardiLeanne Ellul
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Ottu ma jridx jikber

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Traduzzjoni
Clare Azzopardi
Illustrazzjoni
Jérôme Peyrat
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Rinoċeronti

Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Clare AzzopardiAlbert Gatt
Pubblikazzjoni
Teatru Malta, Malta
Xogħlijiet marbuta

Rinoċeronti

Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Clare AzzopardiAlbert Gatt
Direzzjoni
Michael Fenech
Produzzjoni
Teatru Malta, Malta

Tebut Isfar

Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Direzzjoni
Marcelle Teuma
Produzzjoni
Unifaun Theatre

Il-ħanut tal-ħelu li mar dawra

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Illustrazzjoni
Matthew Stroud
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Castillo

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta
Xogħlijiet marbuta

The Lives and Deaths of K. Penza

Castillo
Proża
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Albert Gatt
Editjar
Jen CallejaKat Storace
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers

Il vizio del silenzio

Proża
Taljan
Kitba
Traduzzjoni
Virginia Monteforte
Pubblikazzjoni
Mesogea, l-Italja

Castillo

Proża
Għarbi
Kitba
Traduzzjoni
Abdelrehim Youssef Albert Gatt
Pubblikazzjoni
El Maraya, l-Eġittu

Għand Rebus Totall – Is-Sħaħar ta' Petut

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Deandra Scicluna
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Is-Sinjura Klaws

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Illustrazzjoni
Lisa Falzon
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Jissokta l-Każ ta' Saver u Ludmilla Demolizz

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Illustrazzjoni
Mark Scicluna
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Teresa

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Traduzzjoni
Clare AzzopardiLeanne Ellul
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Il-Qtates ta' max-Xatt

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Illustrazzjoni
Lisa Falzon
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta
Xogħlijiet marbuta

Los gatos de la costa

Ktieb bl-istampi
Spanjol
Kitba
Traduzzjoni
Lawrence Schimel
Illustrazzjoni
Lisa Falzon
Pubblikazzjoni
¡Más Pimienta!, l-Urugwaj

Kattene på bystranda

Ktieb bl-istampi
Norveġiż
Kitba
Traduzzjoni
Kristina Quintano
Illustrazzjoni
Lisa Falzon
Pubblikazzjoni
Quintano Forlag, in-Norveġja

L-Art tal-Kliem

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers u APS, Malta

Mingu

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Illustrazzjoni
Lisa Falzon
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta
Xogħlijiet marbuta

La historia de Menco

Ktieb bl-istampi
Spanjol
Kitba
Traduzzjoni
Lawrence Schimel
Illustrazzjoni
Lisa Falzon
Pubblikazzjoni
¡Más Pimienta!, l-Urugwaj

Lupu Lupettu

Le Loup (serje)
Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Clare Azzopardi
Illustrazzjoni
Éléonore Thuiller
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Kulħadd ħalla isem warajh

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta
Xogħlijiet marbuta

الكل خلف اسمًا وراءه

Proża
Għarbi
Kitba
Traduzzjoni
Murad Shubert
Pubblikazzjoni
Sefsafa Publishers, l-Eġittu

Imena, ki so jih pustile za seboj

Proża
Sloven
Kitba
Traduzzjoni
Breda BiščakAlbert Gatt
Pubblikazzjoni
LUD Literatura, is-Slovenja

Gracey

minn “Kulħadd ħalla isem warajh”
Proża
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Albert Gatt
Pubblikazzjoni
Asymptote

Rita

f'“Wara Settembru”
Proża
Sloven
Kitba
Traduzzjoni
Breda BiščakAlbert Gatt
Editjar
Immanuel MifsudPeter Semolič
Pubblikazzjoni
Antologie Vilenice, is-Slovenja

Pár női név

Proża
Ungeriż
Kitba
Traduzzjoni
Szabo. T. AnnaAlbert Gatt
Pubblikazzjoni
Noran Libro, l-Ungerija

Ziza zsvake je ostalo ime

Proża
Kroat
Kitba
Traduzzjoni
Marina Horkić Albert Gatt
Pubblikazzjoni
V.B.Z publishers, il-Kroazja

Il-Fabbrika tal-Kliem

La grande fabrique de mots
Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Clare Azzopardi
Illustrazzjoni
Valeria Docampo
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Nora

Manon (serje)
Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Clare Azzopardi
Illustrazzjoni
Stéphanie Rousseau
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Klijenti Antipatiċi u Kapuċċini Kesħin

Proża
Malti
Editjar
Clare AzzopardiAlbert Gatt
Pubblikazzjoni
Inizjamed, Malta

Għaraq Xort'oħra

Antoloġija
Malti
Editjar
Clare AzzopardiAlbert Gatt
Pubblikazzjoni
Inizjamed, Malta

Pretty Lisa

Skritt tat-teatru
Malti
Ingliż
Kitba
Direzzjoni
Marcelle Teuma
Produzzjoni
Teatru Manoel

In-Nisa Maltin Jafu Kif

Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Direzzjoni
Marcelle Teuma
Produzzjoni
Fondazzjoni Avventura u Teatru Manoel

Jake Cassar 1-10

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Mark Scicluna
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Din mhix tazza

Proża
Malti
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Claudia Gauci
Editjar
Clare AzzopardiNathalie GrimaSara Falconi
Pubblikazzjoni
L-Awturi u l-Kunsill Malti għall-Arti, Malta

Frejp

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta
Xogħlijiet marbuta

Frape

Proża
Spanjol
Kitba
Traduzzjoni
María ReimóndezAlbert Gatt
Pubblikazzjoni
Flores Raras, Spanja

Kidane

Ġrajja ta' tama
Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Illustrazzjoni
Marisa Attard
Pubblikazzjoni
JRS u MCCA, Malta
Xogħlijiet marbuta

Kidane

Ktieb bl-istampi
Franċiż
Kitba
Traduzzjoni
Elizabeth Grech
Illustrazzjoni
Marisa Attard
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Malta

Kidane

Ġrajja ta' tama
Ktieb bl-istampi
Ingliż
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Traduzzjoni
Albert Gatt
Pubblikazzjoni
JRS u MCCA, Malta

Ġużeppina

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Derek Fenech
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Ospizio

f'kollaborazzjoni ma' Teatru Anon
Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Direzzjoni
Paul Portelli
Produzzjoni
Teatru Anon u l-Festival Internazzjonali tal-Arti ta’ Malta

U llum jispiċċa l-Każ tal-Aħwa De Molizz

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Mark Scicluna
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Il-Każ kważi kollu tal-aħwa De Molizz

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Illustrazzjoni
Mark Scicluna
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Meta l-Milied ma ġiex

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Illustrazzjoni
Mark Scicluna
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

L-Interdett taħt is-sodda

Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Direzzjoni
Marcelle Teuma
Produzzjoni
Teatrutramm
Xogħlijiet marbuta

Monologue of the gravedigger

fi “Transcript 38”
Skritt tat-teatru
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Albert Gatt
Pubblikazzjoni
Transcript, Wales

L-Interdett taħt is-sodda

Skritt tat-teatru
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

التكفير تحت السرير

L-Interdett taħt is-sodda
Skritt tat-teatru
Għarbi
Kitba
Traduzzjoni
Walid Nabhan
Pubblikazzjoni
I-ACT, l-Eġittu

L'Interdit sous le lit

Skritt tat-teatru
Franċiż
Kitba
Traduzzjoni
Cécilia MattaliaOlivier Favier
Pubblikazzjoni
éditions Théâtrales, Franza

Il-Linja l-Ħadra

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta
Xogħlijiet marbuta

Green Line

minn "Il-Linja l-Ħadra"
Proża
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Albert Gatt
Pubblikazzjoni
Words without Borders, l-Istati Uniti tal-Amerka

I, the witness

minn "Il-Linja l-Ħadra"
Proża
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Albert Gatt
Pubblikazzjoni
The Other Voices International Project, Vol. 35

Others, Across

Proża
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Albert Gatt
Pubblikazzjoni
Inizjamed u Midsea Books, Malta
Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies