AntoinetteBorg

1.

Bijografija

Antoinette Borg twieldet fit-3 ta’ Lulju 1973. Daħlet fix-xena letterarja Maltija fl-2016 bir-rumanz debutt Fittixni (Merlin Publishers). Kellu suċċess immedjat u ġie mfaħħar mill-kritiċi u l-qarrejja. Fl-2017, ir-rumanz rebaħ il-kategorija tal-adolexxenti fil-Premju Terramaxka.

Mur fil-biblijografija

Id-diversità hija tema dominanti fix-xogħlijiet ta’ Borg. Il-mod ta’ kif gruppi differenti fis-soċjetà jħarsu lejhom in-nies, u l-aġir imnissel minn dawn il-perċezzjonijiet, huma suġġetti li Borg tesplora b’mod regolari. Amina (Merlin Publishers, 2018) hija storja ta’ tifla sewda li tgħix f’istitut immexxi mis-sorijiet. Il-ħila li tilgħab bin-numri twassalha biex tieħu sehem fl-ewwel kamp tal-Matematika f’Malta. Iżda, minbarra li kellha titqabad mal-aġenda moħbija u ħażina tan-nies li kienu qed imexxu l-kamp, Amina tgħaddi minn sensiela ta’ sitwazzjonijiet abbużivi minn tfal tamparha. Kienet ittrattata bħala xi ħadd inferjuri, ittantata, mgħoddija biż-żmien, u mgħobbija b’faċendi żejda; dan kollu minħabba l-fatt li mhix Maltija u li kellha kulur tal-ġilda differenti.

Id-diversità fis-sens tal-barrani, l-ieħor, insibuha fin-novella “It’s nice, the tattoo”, minn Innuendo (Merlin Publishers, 2019), ġabra ta’ stejjer qosra li Borg kitbet flimkien mad-drammaturgu Anthony Portelli. Turu, raħħal umli li jrabbi l-ħnieżer, jibda joħroġ ma’ Lara, ners mil-Latvja li s-sbuħija tagħha tikkuntrasta u tistona man-natural aħrax tiegħu. Madankollu, hi tintrebaħ mill-aġir sempliċi imma onest ta’ Turu, u t-tnejn flimkien jibdew relazzjoni serja. Turu u Lara jaċċettaw lil xulxin kif inhuma, ħielsa mid-differenzi kulturali jew ta’ klassi. Dan jgħinhom meta l-passat ta’ Lara jgħolli rasu lejn l-aħħar parti tal-istorja. Il-lealtà ta’ Turu tibqa’ b’saħħitha.

L-oppost jiġri f’“Oqgħod bil-għaqal, e’”, storja dwar koppja bi problemi ta’ fertilità. Sa ċertu punt, hija ġrajja morali, fejn il-fatt li l-koppja ma jistax ikollhom tfal u r-riżentiment li dal-fatt iġib miegħu, joħloq straġi fir-relazzjoni tagħhom. Id-distanza emozzjonali bejn Victoria u Peter twassalhom għall-punt fejn il-mara tfittex sodisfazzjon (sesswali) xi mkien ieħor. Dan jinħass aktar effettiv meta Victoria tagħżel li tagħmel dan waqt il-Karnival ta’ Venezja, waqt li liebsa maskla u timmaġina lilha nnifisha, litteralment, bħala l-mara “l-oħra”.

F’Fittixni, it-tema tad-diversità tieħu laqta politika. Jack jossessjona ruħu fuq il-misteru ta’ tifla żgħira li kienet instabet fil-baħar ġo kaxxa tal-injam mill-bużnannu tiegħu. F’din it-tiftixa, Jack hu megħjun mill-ħares t’omm it-tifla, mara li nqatgħet minn familtha minħabba ideali politiċi differenti. Meta twieldet bintha Julia, tipprova tirranġa r-relazzjoni mal-familja tagħha; imma did-darba hu Leon, ir-raġel li ħarbet miegħu, li jrid iwaqqafha milli tagħmel dan. B’kuntrast naraw li l-preżenza ta’ Julia tgħaqqad il-familja addottiva Maltija tagħha, u anke jekk għal żmien qasir, jilqgħuha daqslikieku kienet binthom.

Fix-xogħlijiet ta’ Borg naraw li d-diversità hija opportunità biex tisfida l-preġudizzji u tħares lejn “l-ieħor” minn lenti li mhix superfiċjali. Jekk dan ifalli, allura tinħoloq l-intolleranza, l-animożità u l-aljenazzjoni, b’konsegwenzi li jaffetwaw lilna kollha.

Bijografija miktuba minn Noel Tanti u maqluba għall-Malti minn Keith Borg

2.

Biblijografija

Il-Klabb tal-Paċpaċa: Il-Miss Sparixxiet!

Proża
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Antoinette Borg
Illustrazzjoni
Florence Guittard
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Il-Prinċipessa Tya u l-għajbien tal-faragħun

Proża
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Antoinette Borg
Illustrazzjoni
Myrtille Tournefeuille
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Waħedna fl-ispazju

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Antoinette Borg
Illustrazzjoni
Oriol Vidal
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Stilel fl-istalel

Proża
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Nicole Diacono
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Il-Prinċipessa LinYao u l-perla tal-immortalità

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Antoinette Borg
Illustrazzjoni
Myrtille Tournefeuille
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Il-Klabb tal-Paċpaċa: Serata Piġamaġika!

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Antoinette Borg
Illustrazzjoni
Florence Guittard
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Sinnasafra u Siequlasta fis-Saltna ta’ Żaqq-Ratba

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Antoinette Borg
Illustrazzjoni
Benjamin Bécue
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Il-forma tal-ilma

Proża
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Antoinette Borg
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Tara Frendo fuq il-pjaneta Sturja

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Nicole Diacono
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Il-Pjan Sigriet ta’ Eduardo

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Antoinette Borg
Illustrazzjoni
Pedro Benvindo
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Innuendo

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Kif Issir Supereroj

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Antoinette Borg
Illustrazzjoni
Agnes Våhlund
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Il-Lukanda ta’ Martina

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Maria Mikhalskaya
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Nicky Farrugia: Ir-raġel tal-ħadid

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Avventura abbord!

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Nicole Diacono
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Ri(ġenerazzjoni)

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Rumanzi għaż-Żgħażagħ
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Amina

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta

Alfons u s-seħer ta’ Narwal

Ktieb bl-istampi
Malti
Kitba
Illustrazzjoni
Nicole Diacono
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers (Malta)

Fittixni

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta
Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies