AntoineCassar

1.

Bijografija

Antoine Cassar huwa possibbilment l-iżjed poeta kożmopolita mill-poeti kontemporanji Maltin, billi vvjaġġa fuq li vvjaġġa. Huwa qatta’ s-snin bikrin tiegħu jattendi boarding school barra minn Malta u kompla l-edukazzjoni terzjarja tiegħu fi Spanja. Minkejja l-vjaġġi estensivi tiegħu, il-karattru tiegħu huwa magħġun fil-kultura Maltija.

Mur fil-biblijografija

Waħda mill-karatteristiċi ta’ Cassar hija l-użu tal-endekasillabu, li għandu eki importanti fl-isfera poetika Maltija, partikolarment fix-xogħlijiet tal-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila li uża l-endekasillabu b’mod estensiv biex jesplora temi reliġjużi. Isem il-ktieb ta’ poeżija ta’ Cassar li rebbħu anke premji, Erbgħin Jum (EDE Books, 2017), fil-fatt jagħmel referenza għal episodju kruċjali fil-kalendarju reliġjuż Malti: l-erbgħin jum u l-erbgħin lejl li Ġesù Kristu qatta’ jsum fid-deżert, li jiġu ripetuti simbolikament kull sena bl-erbgħin jum ta’ sawm qabel l-Għid il-Kbir. Cassar juża dan il-kapitlu minn ħajjet Ġesù biex jaqsam il-vjaġġ spiritwali tiegħu – ħarsa sinċiera u ta’ diqa lejn it-tfulija li kellu b’missier abbużiv, iżda li fl-aħħar issir esperjenza katartika li tagħtih għan u timlieh bl-enerġija.

Fil-ħajja u f’xogħlu, Cassar huwa vjaġġatur, esploratur, rakkontatur u ambaxxatur, imma qatt mhu maħrub. Mhux b’kumbinazzjoni li l-poema tiegħu Passaport (2009; maħruġa mill-ġdid fl-2019 ma’ EDE) tiddiskuti dinja mingħajr fruntieri, li fiha s-saqajn u r-ruħ huma liberi biex jimirħu. Il-libertà tal-moviment u l-ispirtu emigratorju jieħdu forma tanġibbli u lingwistika fl-antoloġija ta’ sunetti ta’ Cassar, miktubin bil-Malti, bl-Ingliż, bit-Taljan u bl-Ispanjol, li ġiet ippubblikata fl-2008 bl-isem Mużajk: an exploration in multilingual verse (Edizzjonijiet Skarta). Mill-ġdid, Cassar jaqsam il-fruntieri u jiċċelebra l-mobbiltà bla ostakli billi jiċċaqlaq minn lingwa għal oħra fi ħdan il-poeżiji stess. Il-kumplessità tat-tifsir u l-mużikalità tal-ħoss jittraxxendu r-restrizzjonijiet imposti mill-vernakulari ta’ kwalunkwe waħda minn dawn il-lingwi.

Cassar jinqala’ wkoll għall-poeżija performattiva u pparteċipa f’għadd ta’ festivals tal-poeżija madwar id-dinja. It-tnedija ta’ Erbgħin Jum, li fiha ta l-ħajja lil kważi l-ktieb kollu akkumpanjat minn grupp mużikali, żgur se tibqa’ mfakkra bħala pass importanti fix-xena letterarja Maltija.

Bijografija miktuba minn Noel Tanti u maqluba għall-Malti minn Sephora Francalanza

2.

Biblijografija

Nannu at the kitchen table

Poeżija
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
EDE Books, Malta

“fuq ħalla”, “fuq bidu”, “fuq welled”, “fuq kamra”, “fuq mewti”

f’"Ġabra ta' Poeti Żgħażagħ Maltin"
Poeżija
Grieg
Kitba
Traduzzjoni
Antoine Cassar
Pubblikazzjoni
Bacchikon publications, il-Greċja u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Malta

Troyano

Proża
Spanjol
Kitba
Traduzzjoni
Antoine Cassar
Pubblikazzjoni
Libros de Mentira, iċ-Ċili

Erbgħin Jum

Poeżija
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
EDE Books, Malta
Xogħlijiet marbuta

Czterdzieści dni

Poeżija
Pollakk
Kitba
Traduzzjoni
Zuzanna Gawron
Pubblikazzjoni
Instytut Kultury Miejskiej, il-Polonja

Għażla ta' poeżiji / Selection of poems

f'“Wara Settembru”
Poeżija
Sloven
Kitba
Traduzzjoni
Andrej PleterskiAlbert Gatt
Editjar
Immanuel Mifsud Peter Semolič
Pubblikazzjoni
Antologie Vilenice, is-Slovenja

"Jour 9"

Poeżija
Franċiż
Kitba
Traduzzjoni
Elizabeth Grech
Pubblikazzjoni
Poésie et Cinéma, Bacchanales n°56, Maison de la poésie Rhône Alpes, Saint Martin d'Hères, Franza

Kliemskjett

Poeżija
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Antoine Cassar
Pubblikazzjoni
Kotba Calleja, Malta

“Fjouwer Rotsen” & “Amstel Hotel”

Poeżija
Olandiż
Kitba
Pubblikazzjoni
Ensafh, in-Netherlands

"Il-gżira fuq mappa"

f'"Ex-Voto"
Varji
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur, Heritage Malta u il-Kunsill Malti għall-Arti, Malta

Mappa tal-Mediterran

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Għaqda tal-Malti – Università, Malta

“Amsterdam Hotel” & “Four Rocks”

fi "Transcript 38"
Poeżija
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
Transcript, Wales

Sekonda qabel tqum

Poeżija
Malti
Ingliż
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Traduzzjoni
Mark Anthony FenechAlbert GattMaria Grech GanadoAntoine Cassar
Pubblikazzjoni
Edizzjoni Skarta, Malta

Nannu, Nanna

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Bejn/Between

Poeżija
Malti
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
Edizzjoni Skarta, Malta

Merħba, a poem of hospitality

Poeżija
Malti
Multilingwi
Kitba
Premjijiet
il-Premju għall-Kitba United Planet
Pubblikazzjoni
L-Awtur
Xogħlijiet marbuta

Merħba, un poème d'hospitalité

Poeżija
Franċiż
Multilingwi
Kitba
Traduzzjoni
Carmen HerreraBarthelemy Gueret
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Merħba, un poema de hospitalidad

Poeżija
Spanjol
Multilingwi
Kitba
Traduzzjoni
Carmen HerreraAntoine Cassar
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Merħba, una poesia di ospitalità

Poeżija
Taljan
Multilingwi
Kitba
Traduzzjoni
Angelo PetrelliAntoine Cassar
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Merħba, a poem of hospitality

Poeżija
Ingliż
Multilingwi
Kitba
Traduzzjoni
Antoine Cassar
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Passaport

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur u EDE Books, Malta
Xogħlijiet marbuta

Pasporto

Poeżija
Esperanto
Kitba
Traduzzjoni
Klára Ertl
Pubblikazzjoni
Flandra Esperanto-Ligo, il-Belġju

Potni list

Poeżija
Sloven
Kitba
Traduzzjoni
Peter SemoličVera Pejovič
Pubblikazzjoni
Sanje, is-Slovenja

Paspor

Poeżija
Indoneżjan
Kitba
Traduzzjoni
Fatmawati Indah Lestari Stuby
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Pass

Poeżija
Lussemburgiż
Kitba
Traduzzjoni
Francis Kirps
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Pass

Poeżija
Ġermaniż
Kitba
Traduzzjoni
Francis Kirps
Pubblikazzjoni
L-Awtur

пасош

Poeżija
Maċedonjan
Kitba
Traduzzjoni
Iva Georgieva
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Passaporto

Poeżija
Taljan
Kitba
Traduzzjoni
Biagio LietiAntoine Cassar
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Pasaporte

Poeżija
Spanjol
Kitba
Traduzzjoni
Carmen HerreraAntoine Cassar
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Passport

Poeżija
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Albert GattAntoine Cassar
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Passeport

Poeżija
Franċiż
Kitba
Traduzzjoni
Elizabeth Grech
Pubblikazzjoni
Les éditions Faï fioc, Franza

Mużajk: an exploration in multilingual verse

Poeżija
Malti
Ingliż
Multilingwi
Kitba
Pubblikazzjoni
Edizzjoni Skarta, Malta

Ħbula Stirati

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awturi
Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies