AlexVella Gera

1.

Bijografija

Kwistjoni marbuta maċ-ċensura rrendiet lil Alex Vella Gera, li twieled fl-1973, enfant terrible tal-letteratura Maltija lejn tmiem l-ewwel deċennju tas-seklu 21, imma r-rumanz li segwa dan l-episodju qajla żamm lura xorta waħda.

Mur fil-biblijografija

Is-Sriep Reġgħu Saru Velenużi (Merlin Publishers, 2012) – storja li tvarja mid-dnubiet tal-missier, hu u jaħrab mit-80ijiet imqallbin, għall-ewwel snin tas-seklu 21 ta’ wara d-dħul ta’ Malta fl-UE, bil-fulkru tagħha l-attentat tal-assassinju fittizju tal-Prim Ministru rivoluzzjonarju Malti ta’ wara l-Indipendenza Dom Mintoff – kien l-ewwel ktieb li Vella Gera ppubblika b’mod konvenzjonali. Dan ġie ppubblikat mill-Merlin u rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-2013. Ġie addattat ukoll għal film u ħareġ fis-sajf tal-2021.

Is-Sriep immarka bidla għall-awtur li x-xogħlijiet preċedenti tiegħu kollha ppubblikahom hu stess – mill-antoloġija kollaborattiva ta’ poeżija Ħbula Stirati (2007) sal-ġabriet ta’ novelli Lil Hinn Mill-Jien (2009) u Żewġ (2009), u anke r-rumanz debutt tiegħu L-Antipodi (2010). Din kienet mogħdija mwittija kemm mill-etika li għandu jagħmel ix-xogħol hu stess, imrawma fih minn żmienu bħala mużiċist tal-indie rock għall-grupp Hunters Palace, u anke mill-istabbiltà finanzjarja ta’ impjieg bħala traduttur mal-Unjoni Ewropea. Minħabba dan l-impjieg hu mar joqgħod il-Lussemburgu fl-2005, u mbagħad mar Brussell, fejn għadu joqgħod u jaħdem sal-lum il-ġurnata.

Imma forsi l-aktar mument memorabbli tal-karriera ta’ Vella Gera bħala kittieb kien fl-2009, mal-pubblikazzjoni tal-istorja “Li Tkisser Sewwi” fil-gazzetta tal-istudenti Ir-Realtà, editjata minn Mark Camilleri. Din il-kitba, li b'mod espliċitu u għalkollox dirett iddaħħal lill-qarrej f'moħħ xufier tal-karozzi tal-linja sessist u vvizzjat bis-sess, ġiet f'kunflitt mal-liġijiet taċ-ċensura f'Malta, u għal ftit ma bagħtitx lil Vella Gera u Camilleri l-ħabs. Madankollu, il-każ kien punt kruċjali għat-tentattiv (eventwalment ta’ suċċess) biex il-liġijiet antikwati Maltin fuq iċ-ċensura, id-dagħa u l-oxxenità jinbidlu xi snin wara, kif riedu l-partijiet affettwati fix-xena teatrali, persuni oħra fil-qasam kulturali u attivisti u ċittadini mħassbin. L-akkużi kontra Vella Gera u Camilleri twaqqgħu kollha fi Frar tal-2012.

U għalkemm wara ftit xhur feġġ Is-Sriep Reġgħu Saru Velenużi, li b’kumbinazzjoni ħareġ xahrejn eżatt wara li verament miet Dom Mintoff – Vella Gera jgħid li r-rumanz Trojan (2015) huwa l-aktar ta’ rispons dirett għall-kritiċi tiegħu u għal dawk kollha li appoġġjawh f’dil-biċċa xogħol. Vella Gera ilu mill-2015 ’l hawn jaħdem fuq ‘żewġ rumanzi kbar’.

Miktuba minn Teodor Reljić u maqluba għall-Malti minn Sephora Francalanza

2.

Biblijografija

"The time is right about now"

Antoloġija
Ingliż
Editjar
Jen Calleja Kat Storace

Baħar Żmien

Skritt ta' film
Malti
Kitba

Trojan

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta
Xogħlijiet marbuta

Troyano

Trojan
Proża
Spanjol
Traduzzjoni
Antoine Cassar

Troyano

Trojan
Proża
Spanjol
Traduzzjoni
Antoine Cassar

Troyano

Trojan
Proża
Spanjol
Traduzzjoni
Antoine Cassar
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers

طروادة

Proża
Għarbi
Kitba
Traduzzjoni
Mahab Naji
Pubblikazzjoni
Dar Mahrousa, l-Eġittu

Troyano

Proża
Spanjol
Kitba
Traduzzjoni
Antoine Cassar
Pubblikazzjoni
Libros de Mentira, iċ-Ċili

"Il-gżejra mċajpra"

f' "Leħen il-Malti"
Antoloġija
Pubblikazzjoni
Għaqda tal-Malti

Is-Sriep Reġgħu Saru Velenużi

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Merlin Publishers, Malta
Xogħlijiet marbuta

الثعابين مازالت سامة

Is-Sriep Reġgħu Saru Velenużi
Proża
Għarbi
Kitba
Traduzzjoni
Walid Nabhan
Pubblikazzjoni
Dar Mahrousa, l-Eġittu

Silta / Excerpt

f'"Wara Settembru"
Proża
Sloven
Kitba
Traduzzjoni
Boris Jukič
Editjar
Immanuel MifsudPeter Semolič
Pubblikazzjoni
Antologie Vilenice, is-Slovenja

L-Antipodi

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Lil Hinn Mill-Jien

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur

Żewġ

Proża
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
L-Awtur

"L-għaddas"

f' "Il-Malti"
Antoloġija
Malti
Pubblikazzjoni
L-Akkademja tal-Malti

BXL2008

Skritt ta' film
Malti
Kitba
Direzzjoni
Alex Vella Gera

Il-qalziet tan-nannu

Skritt ta' film
Malti
Kitba
Direzzjoni
Alex Vella Gera

Ħbula Stirati

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awturi

Minsi

Skritt ta' film
Malti
Kitba
Direzzjoni
Alex Vella Gera
Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies