AdrianGrima

1.

Bijografija

Bħala poeta, Adrian Grima huwa affaxxinat b’kif taħdem il-lingwa, kemm hi kapaċi titwessa’ u l-possibbiltajiet infiniti li toffri. Dan jippermettilu jaħdem bil-lingwa b’modi ġodda li għadhom ma ġewx skoperti, u dan iwasslu biex jinteraġixxi mal-udjenza tiegħu u mas-soċjetà kontemporanja.

Mur fil-biblijografija

Għalkemm jikteb u jikkontribwixxi għall-kwistjonijiet u d-dibattiti kontemporanji, Grima huwa kemxejn xettiku tal-kunċett li l-poeżija tista’ tkun mezz ideali li tinstiga bidla soċjali u politika. Hu aktar jaħseb li huwa dak li wieħed jirnexxilu jagħmel bil-lingwa li finalment jagħmel differenza. B’referenza għall-aħħar ġabra tiegħu, Grima jikkunsidra l-perċezzjoni li l-poeżija għandu jkollha impenn politiku. Huwa konxju li xogħlu għandu t-tikketta ta’ xogħol b’impenn soċjali, u jifhem ir-raġuni għaliex huwa magħruf hekk, iżda dan wasslu wkoll biex jirrifletti fuq l-impatt ta’ tikketti bħal dawn. Fl-aħħar mill-aħħar, Grima u l-poeżija tiegħu huma marbutin mar-realtajiet soċjali, u għalhekk huwa mifhum li l-kuntest huwa essenzjali, u li l-lingwa ma tistax tkun miftuma mill-ideoloġiji daqskemm wieħed jixtieq.

Apparti l-aspett soċjali, Grima jinteressawh ukoll temi universali, bħall-imħabba u l-mewt, imma sikwit jagħtihom xi żvolta interessanti. Ngħidu aħna, huwa intrigat mill-iżvilupp tal-imħabba tul iż-żmien, filwaqt li b’rabta mal-mortalità, huwa jiffoka fuq kif hu ffaċċja l-marda terminali ta’ missieru u l-effetti li ħalliet. Huwa jidħol f’dan is-suġġett delikat b’kuraġġ u onestà, u dan joffrilu l-opportunità tal-introspezzjoni. Jammetti li l-aspett terapewtiku u katartiku ma jneħħix l-uġigħ, imma jagħtih iċ-ċans jitqabad mal-mortalità permezz tal-lingwa, il-poeżija, u l-letteratura inġenerali.

Mil-lat lingwistiku, Grima jfittex li jegħleb l-isterjotipi u l-użu komuni tal-lingwa. Huwa jagħmel dan billi jkisser il-lingwa Maltija, iwessagħha u jesperimenta bir-regoli kodifikati tagħha. Huwa xprunat mill-isfida li joħloq il-lingwa mill-ġdid, li jirreżisti l-espressjonijiet stabbiliti, u li jkun aktar kreattiv bl-espressjonijiet idjomatiċi li juża. Ironikament, il-poeżija tiegħu tmiss kemm ma’ dak li hu infinit, kif ukoll ma’ dak li hu marbut biż-żmien. Mistoqsi x’jista’ jkun il-legat tiegħu, Grima jindika li jixtieq jibqa’ mfakkar bħala poeta li ħoloq mill-ġdid jew b’xi mod arrikkixxa l-lingwa Maltija.

Bijografija miktuba minn Stephanie Xerri Agius u maqluba għall-Malti minn Sephora Francalanza

2.

Biblijografija

Skizzi għas-Sette Giugno

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Heritage Records, Malta
Kompożizzjoni
Dominic Galea

"Oeral har foto"

"Kullimkien ir-ritratt tagħha"
Poeżija
Olandiż
Kitba
Pubblikazzjoni
Ensafh, in-Netherlands

مسافات

Distanzi
Poeżija
Għarbi
Kitba
Traduzzjoni
Walid Nabhan
Pubblikazzjoni
Sefsafa Publishing, l-Eġittu

"Le Patrimoine du père"

Poeżija
Franċiż
Kitba
Traduzzjoni
Elizabeth Grech
Pubblikazzjoni
Voix Vives de Méditerranée en Méditerranée (antoloġija), Franza

Klin u Kapriċċi Oħra

Poeżija
Malti
Kitba
Traduzzjoni
Translator/s:
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta
Xogħlijiet marbuta

Għażla ta' poeżiji / Selection of poems

f'“Wara Settembru”
Poeżija
Sloven
Kitba
Traduzzjoni
Andrej PleterskiAlbert Gatt
Editjar
Immanuel MifsudPeter Semolič
Pubblikazzjoni
Antologie Vilenice, is-Slovenja

Last-ditch Ecstasy

Poeżija
Indjan
Kitba
Traduzzjoni
Albert Gatt
Pubblikazzjoni
Midsea u Poetrywala, Malta/l-Indja

Xufftejk Spjegati

Poeżija
Malti
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Adrian GrimaCatherine McGrotty
Pubblikazzjoni
Verbal Arts Centre, l-Irlanda ta' Fuq
Kompożizzjoni
Rory McCarron

Mostar

fi "Transcript 38"
Poeżija
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Albert Gatt
Pubblikazzjoni
Transcript, Wales

Vleġġa Kkargata

Poeżija
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta

Sospeso

f'"I libri del merlo"
Poeżija
Taljan
Kitba
Traduzzjoni
Mimmo Grasso
Pubblikazzjoni
Il laboratorio di Nola, l-Italja

Ici arrivent les mouettes

Hawn Jidħol il-Gawwi
Poeżija
Malti
Franċiż
Kitba
Traduzzjoni
Elizabeth Grech
Pubblikazzjoni
Fondation de Malte, Malta

Din Mhix Logħba

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta

Għaxar Poeżiji / Ten Poems

Poeżija
Ġermaniż
Kitba
Traduzzjoni
Dominik KalweitRay FabriSylvia Geist
Pubblikazzjoni
Hochroth, il-Ġermanja

La Coda della Freccia

Denb il-Vleġġa
Poeżija
Taljan
Kitba
Traduzzjoni
Mimmo Grasso
Pubblikazzjoni
Lushir, l-Italja

Kieku l-Ikel Jitkellem

Varji
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Inizjamed, Malta

Id-Demm Nieżel Bħax-Xita: Artisti Maltin b'solidarjetà ma' Gaża

Poeżija
Malti
Kitba
Editjar
Adrian GrimaKarl Schembri
Pubblikazzjoni
Edizzjoni Skarta, Malta

Ħożż fl-Ilma. Il-kotba, il-qari u l-baħar

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Edizzjoni Skarta, Malta

Riħ min-Nofsinhar

Poeżija
Malti
Kitba
Premjijiet
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb
Pubblikazzjoni
Edizzjoni Skarta, Malta

Tibża' xejn jekk tibda x-xita

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Edizzjoni Skarta, Malta

Rakkmu

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Klabb Kotba Maltin, Malta

Ktieb għall-Ħruq

Proża
Malti
Editjar
Adrian Grima
Pubblikazzjoni
Inizjamed, Malta

The Tragedy of the Elephant

The Tragedy of the Elephant
Poeżija
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Maria AristomedouAntoine CassarAlbert GattMaria Grech GanadoChristine Grixti
Pubblikazzjoni
Inizjamed u Midsea Books, Malta

It-Trumbettier

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
L-Awtur
Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies