John P.Portelli

1.

Bijografija

Il-kittieb John P. Portelli twieled Malta fl-1954 imma ilu joqgħod il-Kanada mill-1977 wara li dik is-sena rebaħ borża ta’ studju tal-Commonwealth. Wara, huwa kiseb l-M.A. u d-Dottorat mill-Università McGill.

Mur fil-biblijografija

Huwa Professur fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni (Ġustizzja Soċjali), u fid-Dipartiment tat-Tmexxija u tal-Edukazzjoni Ogħla u għall-Adulti fl-Università ta’ Toronto. Apparti ħafna impenji oħra ta’ tagħlim li jkollu, huwa għadu konsulent edukattiv fl-Università ta’ Malta, u huwa kelliem pubbliku versatili u mfittex, u anke kordinatur tal-proġetti fl-oqsma tal-edukazzjoni għaż-żgħażagħ u għall-adulti, u anke għall-ġustizzja soċjali.

Fejn tidħol il-kitba letterarja, l-ewwel tnemnim ta’ Portelli lejn is-sengħa beda ħiereġ fi żmienu bħala student f’Malta fil-bidu tas-70ijiet, u beda bil-poeżija. Meta kien Malta, Portelli kien membru attiv tal-gruppi letterarji u l-għaqdiet kollha fil-gżira, inkluż il-Moviment Qawmien Letterarju (kien l-iżgħar membru tiegħu meta kellu 16-il sena), l-Għaqda Letterarja Maltija, l-Għaqda Kittieba Żgħażagħ u l-Għaqda tal-Malti – Università, li kien is-segretarju tagħha għal xi żmien.

Il-pubblikazzjoni kellha tiġi ħafna wara, meta ħareġ il-ġabra bilingwi Bejn Żewġ Dinjiet/In Between (Melita Books) f’Toronto fl-2001. Żewġ ġabriet oħra tiegħu wkoll ħarġu bħala edizzjonijiet bilingwi, u dan kompla jikkonferma post Portelli bħala awtur maqbud bejn żewġ pajjiżi u lingwi. Dan l-aħħar, huwa beda jirfes ukoll fid-dinja tal-proża, u ħareġ rumanz u żewġ ġabriet ta’ novelli fi tliet snin, segwiti minn antoloġija tal-poeżiji bil-Malti biss – Imkien għall-Kenn (Horizons) fl-2020. Portelli jikkaratterizza l-kitba tiegħu tal-proża bħala forma ta’ attiviżmu, billi tittratta temi ta’ eżistenzjaliżmu kritiku, antikolonjaliżmu, u perspettivi fuq il-ġustizzja soċjali u l-ekwità, bl-esperjenza tal-immigranti titla’ fil-wiċċ f’ħafna mix-xogħlijiet tiegħu.

In-natura bilingwi tal-maġġoranza tax-xogħol ippubblikat tiegħu tilħaq aktar nies permezz tal-ħafna traduzzjonijiet ta’ xogħlu. Tnejn mill-ġabriet tal-poeżija tiegħu ġew tradotti għall-Franċiż u għall-Grieg, u t-traduzzjoni Ingliża tal-ġabra ta’ novelli tiegħu, Everyday Encounters (Word and Deed Publishing), ħarġet fl-2019. Xogħlijiet oħra tiegħu ġew tradotti għat-Taljan, għall-Għarbi, għar-Rumen, għall-Portugiż u għan-Nepali.

Sadattant, Portelli kien koeditur ta’ 11-il ktieb akkademiku, u ppubblika aktar minn mitt artiklu. Filwaqt li hu impressjonat bl-ammont kbir ta’ pubblikazzjonijiet letterarji f’Malta minn meta beda jippubblika s’issa, Portelli juri inqas entużjażmu dwar in-nuqqas ta’ kritika fl-industrija tal-pubblikazzjoni Maltija.

Bijografija miktuba minn Teodor Reljić u maqluba għall-Malti minn Sephora Francalanza

2.

Biblijografija

Tgħanniq Ieħor: Poeżiji mill-Iżolament

Poeżija
Malti
Editjar
Kit AzzopardiSimone InguanezJohn P. Portelli
Pubblikazzjoni
Inizjamed u Horizons, Malta

Imkien għall-Kenn

Poeżija
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Οι αγαπες του Χθες

L-Imħabbiet tal-Bieraħ
Poeżija
Grieg
Kitba
Traduzzjoni
Stamatina Tsimopoulou
Pubblikazzjoni
Oropodo, il-Ġreċja

L-ittra ta’ Osama u stejjer oħra

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Kulħadd barra Fajża

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta
Xogħlijiet marbuta

Everyone but Faiza

Proża
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Irene Mangion
Pubblikazzjoni
Word and Deed Publishing, il-Kanada

Inkontri ta’ Kuljum: Skizzi

Proża
Malti
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta
Xogħlijiet marbuta

Everyday Encounters: Short Stories

Proża
Ingliż
Kitba
Traduzzjoni
Irene Mangion
Pubblikazzjoni
Word and Deed Publishing, il-Kanada

Xewqat tal-Passa

Poeżija
Malti
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
Horizons, Malta

Luggage/Bagage

Poeżija
Ingliż
Franċiż
Kitba
Traduzzjoni
Elizabeth Grech
Pubblikazzjoni
Word and Deed Publishing, il-Kanada

Taħt iċ-Ċirasa

Poeżija
Malti
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
PEG, Malta

Bejn Żewġ Dinjiet

Poeżija
Malti
Ingliż
Kitba
Pubblikazzjoni
Melita Books, il-Kanada
Bl-appoġġ ta'

Il-Kunsill Malti għall-Arti

Il-Pjattaforma għall-Industriji Kreattivi

Kordinatriċi tal-proġett: Clare Azzopardi

Bl-għajnuna ta': Kirsty Azzopardi, Leanne Ellul u Albert Gatt

Qarrej tal-provi: Dwayne Ellul

Immaniġġja l-preferenza tal-cookies